Left arrow Mur Lura

ĦAMES CASE WORKERS ĠODDA MAL-KUMMISSJONI REFUĠJATI

pr1541
Date Icon 24/10/2005
L-Uffiċċjutal-Kummissarju għar-Refuġjati ġie msaħħaħ b’ħames case workers ġodda li ġew impjegati wara sejħa għal applikazzjonijiet.
Il-case workers il-ġodda, li bħalissa jinsabu f’fażi ta’taħriġ, mistennija jgħinu biex l-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati jkun jista’ jlaħħaq dejjem aħjar man-numru kbir ta’ applikazzjonijiet li qed jirċievi, l-iżjed minn persuni li jaslu Malta fuq dgħajjes, biex l-applikanti jiġu rikonoxxuti bħala refuġjati.
Fil-biduta’ l-impjieg tagħhom, il-case workers il-ġodda ltaqgħu mas-Sur Charles Deguara, Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern, li kien akkumpanjat mis-Sur George Zerafa, Director of Corporate Services.  Kien preżenti wkoll is-Sur Charles Buttigieg, Kummissarju għar-Refuġjati.
Filwaqtli feraħ lill-case workers il-ġodda, is-Sur Deguara kellimhom fuq l-importanza tax-xogħol li qed jiġi fdat f’idejhom bħala persuni li jridu jirċievu l-applikazzjonijiet ta’ dawk li jkunu qed ifittxu l-asil, jintervistawhom u jħejju rapport lill-Kummissarju għar-Refuġjati.  Is-Sur Deguara qal li dan hu xogħol ta’ impenn u responsabbilta’ li jitlob professjonalita’ u effiċjenza.
L-istaffta’ l-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati issa huwa magħmul minn  Kummissarju, Assistent Kummissarju  u seba’ case workers. L-istaff jinkludi wkoll Senior Principal, Principal, żewġ skrivani u messaġġier.
L-Uffiċċjutal-Kummissarju għar-Refuġjati ilu jopera mill-1 ta’ Jannar 2002.  Wara sitt xhur ta’ strutturar u tħejjija, bejn Ġunju u Diċembru tas-sena 2001, l-Uffiċċju ħa f’idejh ix-xogħol kollu li qabel kien isir mill-UNHCR fl-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet għal ‘status’ ta’ refuġjat f’Malta.  Minn Jannar 2002 sa Settembru 2005, l-Uffiċċju  ttratta l-każ ta’ 2,866 persuna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow