ĦAMES CASE WORKERS ĠODDA MAL-KUMMISSJONI REFUĠJATI
pr1541
24/10/2005
| L-Uffiċċju | tal-Kummissarju għar-Refuġjati ġie msaħħaħ b’ħames case workers ġodda li ġew impjegati wara sejħa għal applikazzjonijiet. |
| Il-case workers il-ġodda, li bħalissa jinsabu f’fażi ta’ | taħriġ, mistennija jgħinu biex l-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati jkun jista’ jlaħħaq dejjem aħjar man-numru kbir ta’ applikazzjonijiet li qed jirċievi, l-iżjed minn persuni li jaslu Malta fuq dgħajjes, biex l-applikanti jiġu rikonoxxuti bħala refuġjati. |
| Fil-bidu | ta’ l-impjieg tagħhom, il-case workers il-ġodda ltaqgħu mas-Sur Charles Deguara, Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern, li kien akkumpanjat mis-Sur George Zerafa, Director of Corporate Services. Kien preżenti wkoll is-Sur Charles Buttigieg, Kummissarju għar-Refuġjati. |
| Filwaqt | li feraħ lill-case workers il-ġodda, is-Sur Deguara kellimhom fuq l-importanza tax-xogħol li qed jiġi fdat f’idejhom bħala persuni li jridu jirċievu l-applikazzjonijiet ta’ dawk li jkunu qed ifittxu l-asil, jintervistawhom u jħejju rapport lill-Kummissarju għar-Refuġjati. Is-Sur Deguara qal li dan hu xogħol ta’ impenn u responsabbilta’ li jitlob professjonalita’ u effiċjenza. |
| L-istaff | ta’ l-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati issa huwa magħmul minn Kummissarju, Assistent Kummissarju u seba’ case workers. L-istaff jinkludi wkoll Senior Principal, Principal, żewġ skrivani u messaġġier. |
| L-Uffiċċju | tal-Kummissarju għar-Refuġjati ilu jopera mill-1 ta’ Jannar 2002. Wara sitt xhur ta’ strutturar u tħejjija, bejn Ġunju u Diċembru tas-sena 2001, l-Uffiċċju ħa f’idejh ix-xogħol kollu li qabel kien isir mill-UNHCR fl-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet għal ‘status’ ta’ refuġjat f’Malta. Minn Jannar 2002 sa Settembru 2005, l-Uffiċċju ttratta l-każ ta’ 2,866 persuna. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947