IL-PRESIDENT U S-SINJURA FENECH ADAMI JAGĦMLU ŻJARA UFFIĊJALI FIL-LOKALITA’ TAR-RABAT, GĦAWDEX
pr1540
23/10/2005
| “Il-komunita’ tar-Rabat Għawdex hija waħda li tirrifletti s-sens ta’ | identita’ qawwija li jħaddnu r-residenti tagħha permezz tal-parteċipazzjoni volontarja fl-għaqdiet kulturali u soċjali.” |
| Dawn kienu | l-kummenti tal-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tiegħu Dott. Edward Fenech Adami meta dalgħodu, flimkien mas-Sinjura Fenech Adami, żar il-lokalita’ tar-Rabat, Għawdex. Waqt din iż-żjara, l-President kien akkumpanjat mis-Sindku tal-lokalita’, s-Sinjura Vivienne Galea Pace. |
| Iż-żjara fil-Belt Għawdxija bdiet billi l-President u | s-Sinjura Fenech Adami attendew il-quddiesa tal-Hadd iċċelebrata mill-Eċċellenza Tiegħu l-isqof Nikol Cauchi, fl-Oratorju ta’ San Gwann Bosco. Ma’ tmiem il-quddiesa, l-President u s-Sinjura tiegħu żaru diversi swali ta’ l-Oratorju fejn kienu għaddejjin bosta attivitajiet. Hawnhekk il-President iltaqa’ ma’ l-Orkestra taż-żagħżagħ waqt ir-rehearsals għall-attivtajiet li ser jitħejjew fix-xhur li ġejjin. Il-President iltaqa wkoll man-Nursuries tal-Football ta’ l-Oratorju waqt it-training tagħhom u ma’ tfal ċkejknin li kienu qegħdin jitgħallmu ż-żfin fl-itess bini ta’ l-Oratorju. |
| Il-President Fenech Adami żar ukoll il-workshop | tal-Familja Sagona fejn iltaqa ma’ l-iskultur, artist u dekoratur Joseph Sagona u ma’ ibnu Mark Sagona, li spjegawlu x-xogħol artistiku li għamlu u li għandhom ippreparat għal quddiem. Joseph Sagona huwa skultur li x-xogħlijiet ta’ dekorazzjoni tiegħu insibuhom fid-diversi knejjes f’Għawdex, fosthom fil-Bażilika ta’ San Gorg u fil-Katidral tar-Rabat. Ibnu Mark, li jidher li wiret it-talent ta’ missieru, spjega d-diversi esebizzjonijiet li tellgħa fil-gżejjer maltin. |
| Il-President ta’ Malta ltaqa wkoll mas-sinjura Carrie | Zammit, magħrufa sewwa għall-kapaċita’ tagħha fil-ħidma tal-bizzilla. Il-President osserva l-ħeffa tagħha fil-ħidma tal-bizzilla, sena maltija li s-sinjura Zammit wirtet minn qrabatha u li fil-ġurnata tal-lum huma ftit dawk li jipprattikawha. |
| Fiż-żjara tiegħu, il-President żar il-Bażilika ta’ | San Gorg u l-Katidral ta’ Santa Marija fic-Ċitadella, żewġ monumenti reliġjużi u storiċi li jagħmlu unur lir-residenti tal-lokal. |
| Il-President Fenech Adami kellu l-okkażjoni wkoll li | jżur is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella u s-Soċjeta’ Filarmonica Leone. Huwa kellu kliem ta’ tifħir ghal mod kif ż-żewg soċjetajiet iżommu l-lokal ħaj anke permezz ta’ opri ta’livell għoli li ta’ kull sena jitħejjew miż-żewġ soċjetajiet. Il-President iddeskriva l-għaqdiet bħala żewg fulkri tal-kultura f’pajjiżna. |
| Intant is-sinjura Fenech Adami ltaqet mar-residenti | anzjani f’diversi djar ta’ l-anzjani li jinsabu fil-Belt Għawdxija. |
| Din iż-żjara spiċċat fil-bini tal-Kunsill Lokali tar-Rabat, | Għawdex fejn il-President ta’ Malta rringrazzja lir-Rabtin ta’ l-akkoljenza li hu u s-sinjura tiegħu ngħataw. Huwa qal li l-ħidma tal-kunsill ma’ tillimitax ruħha għat-tibdil fid-dehra bħal dak li huwa pavimentar, iżda togħla wkoll fuq livell kulturali. Il-President spjega li waqt żjara bħal din, seta josserva li hemm diversi ħsibijiet importanti li wieħed għandu fuq x’hiex jirrifletti. Dawn huma l-memorja ta’ l-istorja li jħaddan il-lokal, l-identita’ li ġġib din l-istess storja u li permezz taghha nkunu kapaċi napprezzaw u ngħożżu l-kultura sabiex insaħħu ċ-ċivilta’ li qegħdin ngħixu fiha llum. |
| Din kienet waħda minn diversi żjarat fil-lokalitajiet | li l-President ta’ Malta qiegħed jagħmel fil-gżejjer Maltin. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947