Il-PRIM MINISTRU LAWRENCE GONZI JILTAQA’ MAL-PRIM MINISTRU TAR-RENJU UNIT, TONY BLAIR
pr1539
23/10/2005
| Il-Prim Ministru u s-Sinjura | Gonzi llum ħallew Malta għal Londra fuq stedina tal-Prim Ministru tar-Renju Unit’ u s-Sinjura Blair. Il-Prim Ministru ta’ Malta se jiltaqa’ wkoll mas-Segretarju ta’ l-Istat għall-Affarijiet Barranin u tal-Commonwealth, Jack Straw, is-Segretarju ta’ l-Istat għax-Xogħol u l-Pensjonijiet, David Blunkett, kif ukoll mas-Segretarju ta’ l-Istat għall-Intern, Charles Clarke. Matul iż-żjara tiegħu, il-Prim Ministru mistenni jiltaqa’ wkoll mal-Komunità Maltija f’Londra. |
| Il-Prim Ministru u s-Sinjura | Gonzi huma akkumpanjati mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Michael Frendo, ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Europea Richard Cachia Caruana, il-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru, Edgar Galea Curmi u l-Ko-ordinatur tal-Komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Alan Camilleri. |
| Il-Prim Ministru huwa | mistenni lura Malta nhar it-Tlieta 25 ta’ Ottubru. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947