Left arrow Go Back

Kitba li twassalna nifhmu aħjar l-istorja ta’ pajjiżna

pr1538
Date Icon 22/10/2005
Il-Fondazzjoni Patrimonju Malti għadha kemmippubblikat is-sitt volum ta’ “Histories of Malta – Ventures and Adventures” ta’ l-Imħallef Giovanni Bonello.
Il-kapitoli f’dan il-volum dehru f’ġurnali lokali uġew maħduma mill-ġdid u miżjuda qabel ma nġabru fi ktieb. Flimkien ma’ l-artikoli hemm sensiela ta’ ritratti, ħafna minnhom bil-kulur.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, Francis ZammitDimech nieda uffiċjalment dan il-ktieb. Hu qal li l-kitba ta’ l-Imħallef Giovanni Bonello kienet studju fil-fond ta’ l-istorja ta’ pajjiżna. Hu qal li Giovanni Bonello għamel riċerka li hi żieda prezzjuża għal dawk kollha li jiġbru l-‘Melitensia’.
“Malta għandha storja li tmur lura 7,000 sena, iżdagħad hemm ħafna episodji minn din l-istorja millenarja li għadhom m’humiex ċari għall-poplu Malti. Għalhekk iridu jkunu studjużi bħall-Imħallef Giovanni Bonello li b’riċerka u paċenzja kbira jitfgħu dawl fuq żminijiet u persunaġġi li dwarhom s’issa ma nafux biżżejjed,” tenna l-Ministru Zammit Dimech.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-ImħallefGiovanni Bonello għandu stil mexxej u kulurit ta’ kif jikteb dwar personalitajiet u episodji storiċi; u dan jgħin biex anke dawk li m’humiex daqshekk midħla ta’ l-istorja, jaqraw il-kitbiet tiegħu. Hekk aktar nies jifhmu aħjar minn xhiex għadda pajjiżna u x’wirt kbir storiku u kulturali ħallewlna l-antenati tagħna.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-kultura kienetukoll mezz biex nattiraw lejn pajjiżna turisti li għalihom l-istorja u l-arti kienu attrazzjoni ewlenija. Hu qal li aktar ma nkunu nafu dwar l-istorja u aktar ma nippreżentaw aħjar l-istorja ta’ pajjiżna, aktar jiżdied in-numru ta’ turisti kulturali li jżuru Malta u Għawdex.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow