Ngħinu lin-negozji żgħar jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet ta’ fondi ta’ l-Unjoni Ewropea – Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo
“L-Unjoni Ewropea toffri diversi fondi li jistgħu jintużaw min-negozji ż-żgħar, iżda ħafna drabi l-applikazzjonijiet għal dawn il-fondi jaqtgħu qalb in-nies, li mbagħad ma japplikawx għalihom. Għal din ir-raġuni, aħna qegħdin naraw kif nistgħu nagħmlu biex nagħmluha aktar faċli għal negozji żgħar biex igawdu minn dawn l-għajnuniet.” Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-SelfEmployed, l-Onor. Edwin Vassallo, meta kien qed jitkellem waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li nidiet l-“EUProgrammes Access Network”.
Permezz ta’ dan in-network, qiegħed jinħoloq database ta’ kumpaniji li joffru konsultazzjoni dwar programmi ta’ l-Unjoni Ewropea biex b’hekk negozji Maltin jiġu mgħejjuna biex ikollhom aċċess għall-fondi.
“Għalkemm hemm numru ta’ programmi ta’ assistenza mmirati lejn negozji żgħar, in-numru ta’ negozji li fil-fatt irnexxielhom jieħdu xi forma ta’ assistenza għadu baxx. Dan jista’ jkun minħabba diversi raġunijiet, kemm għax il-proċess ta’ applikazzjoni huwa wieħed twil u kkomplikat, kif ukoll għax jista’ jkun li n-negozji żgħar għadhom ma fehmux biżżejjed f’hiex jikkonsistu dawn il-programmi u għalhekk jaqtgħu qalbhom. Is-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed qiegħed jaħdem ma’ diversi entitajiet li jamministraw dawn il-programmi biex naraw kif aktar negozji jkunu jistgħu jgawdu minnhom.”
Is-Segretarju Parlamentari qal ukoll li “dan l-aħħar inħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet biex dawk kollha li jistgħu joffru s-servizzi tagħhom ta’ konsulenza fuq dawn il-Programmi jiddaħħlu f’database, li mbagħad jintuża biex jgħin aktar negozji żgħar japplikaw għall-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea. Għalkemm in-numru ta’ negozji li ħadu vantaġġ minn dawn il-fondi jidher li għadu relattivament baxx, xorta waħda tqassam ammont sostanzjali ta’ fondi. Fil-fatt, jekk inħarsu lejn statistika ta’ fondi li ġew imqassma taħt numru ta’ programmi, naraw li mill-2002 sa llum tqassmu:
Programm | Ammont (f’Euros) |
Leonardo da Vinci Oħrajn | 147,513 |
Mobility | 1,556,491 |
FP6 | 1,500,000 |
ERDF – Operations Scheme – Market Entry | 1,700,000 |
TOTAL | 4,904,004 |
“L-Unjoni Ewropea toffri programmi differenti għal setturi varji u mhux għan-negozji żgħar biss, iżda l-figuri diskussi hawn fuq huma speċifikament fuq negozji żgħar. Fix-xhur li ġejjin ser jitħabbru programmi ta’ assistenza oħra li huma approvati mill-Unjoni Ewropea, u dawn ser joffru fondi oħra li joffru finanzjament ibbażat fuq il-co-financing:
Programm | Ammont (f’Euros) |
Leonardo da Vinci Oħrajn | 147,513 |
Mobility | 1,556,491 |
FP6 | 1,500,000 |
ERDF – Operations Scheme – Market Entry | 1,700,000 |
TOTAL | 4,904,004 |
L-Onor. Edwin Vassallo spjega wkoll ix-xogħol li għamel is-Segretarjat biex jagħti għajnuna u nformazzjoni lil negozji żgħar. “Flimkien mal-European Union Programmes Unit qegħdin inżuru żoni industrijali biex nitkellmu magħhom dwar l-iskema tal-Leonardo da Vinci. Organizzajna wkoll seminar flimkien ma’ l-MCST dwar il-fondi għall-innovazzjoni u t-teknoloġija li jeżistu taħt is-Sixth Framework Programme. Għamilna laqgħat preliminarji mal-Malta Enterprise, EUPU, Malta Business Bureau u l-MCST, kif ukoll ma’ kumpaniji li jagħtu konsulenza fuq programmi ta’ l-Unjoni Ewropea. Bħala Segretarjat applikajna wkoll taħt il-programm Intereġġ III, li permezz tiegħu ser ikunu jistgħu igawdu numru ta’ artiġjana.
“Bl-EU Programmes Access Network, li qiegħed jitnieda llum, aħna ser nippruvaw niffaċilitaw u nimmotivaw negozji żgħar biex jagħmlu użu mill-għajnuniet ta’ l-Unjoni Ewropea taħt id-diversi programmi miftuħa għalihom.”
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo temm jawgura li n-negozji żgħar jużaw l-opportunitajiet li għandhom b’dawn il-programmi ta’ l-Unjoni Ewropea, biex b’hekk ikunu jistgħu itejjbu n-negozji tagħhom u jkattru aktar xogħol.
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947