Left arrow Mur Lura

Stedina biex Delegazzjoni Kummerċjali Maltija żżur is-Slovakkja

pr1534
Date Icon 21/10/2005
DelegazzjoniKummerċjali Maltija ġiet mistiedna żżur ir-Republika Slovakka għal l-laqgħat ma’ industrjalisti minn dak il-pajjiż bl-iskop li jissaħħu r-relazzjonijiet industrjali u kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi.
Dinl-istedina saret mid-Deputat Prim Ministru tar-Republika Slovakka Pal Csaky, lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Michael Frendo, f’laqgħa li kellhom dal-għodu fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin.
Matuldin il-laqgħa l-Ministru Frendo wera s-sodisfazzjon tiegħu għad-deċiżjoni ta’ l-Unjoni Ewropea li twaqqaf Fond ta’ Emerġenza, biex tgħin pajjiżi bħal Malta li għandhom problema bl-immigrazzjoni illegali.
Il-Ministrutalab lir-Republika Slovakka biex fl-Unjoni Ewropea tappoġġja l-proposta Maltija li l-Għajnuna għal Żvilupp, li l-Unjoni tagħti lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, tkun marbuta ma’ l-impenn ta’ l-istess pajjiżi li jaċċettaw lura immigranti illegali li jkunu telqu minn pajjiżhom.
Iż-zewġnaħat qablu dwar il-ħtieġa li jsaħħu r-relazzjonijiet kummerċjali u industrjali ta’ bejniethom.  F’dan is-sens, id-Deputat Prim Ministru Slovakk stieden lill-Ministru Frendo biex imexxi delegazzjoni kummerċjali fis-Slovakkja u mpenja ruħu li hu stess jirranġa laqgħat għall-industrjalisti Maltin ma’ oħrajn Slovakki.
Iż-żewġMinistri qablu wkoll li flimkien għandhom jaħdmu biex jassiguraw li l-Unjoni Ewropea tilħaq ftehim dwar il-Budget tagħha, kemm jista’ jkun malajr; u li l-pakkett finanzjarju miftiehem ikun wieħed li minnu ż-żewġ pajjiżi jibbenefikaw bl-aħjar mod possibbli.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow