Se ssir analiżi dettaljata ta’ l-informazzjoni miksuba mill-eżerċizzju ta’ simulazzjoni
pr1530
21/10/2005
| L-informazzjoni miksuba mill-eżerċizzju ta’ simulazzjoni li sar dalgħodu | b’konnessjoni mal-prekawzjonijiet kontra l-eventwalita’ ta’ tixrid tal-virus ta’ l-influwenza tat-tjur se tkun analizzata fil-jiem li ġejjin. Dan biex ikun żgurat li l-livell ta’ preparazzjoni u ko-ordinazzjoni jkompli jkun perfezzjonat u b’hekk ikunu wkoll imsaħħa l-miżuri ta’ prekawzjoni. |
| Dan intqal | waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet minn rappreżentanti tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-Pulizija, il-Forzi Armati u mid-Diviżjoni ta’ l-Ikel u Attivita’ Veterinarja fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent li matulha ngħataw l-ewwel dettalji dwar l-eżerċizzju ta’ simulazzjoni. |
| Matul | il-konferenza ta’ l-aħbarijiet kien spjegat li l-iskop ewlieni ta’ l-eżerċizzju ma kienx li jsir xi assedju, imma li jkun restritt il-moviment madwar iż-żona ndikata biex din tkun iżolata u b’hekk jitnaqqas iċ-ċans li jkun hemm tixrid tal-virus fl-eventwalita’ li dan iseħħ. Sar ukoll eżerċizzju ta’ dekontaminazzjoni fuq min kien dieħel jew ħiereġ miż-żona ndikata bħala li fiha kien hemm il-virus. |
| Intant, | waqt żjara li għamel aktar qabel fl-Operations Centre tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ftit ħin wara li ngħata bidu għall-eżerċizzju, il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino tenna li dan l-eżerċizzju huwa parti mill-pjan ta’ kontinġenza li tħejja u li sar bi ftehim ukoll mal-Kummissjoni Ewropea. Il-Ministru Pullicino tenna l-appell biex filwaqt li kulħadd jibqa’ jsegwi dak li qed jiġri, m’hemm lok għal ebda allarm. |
| Is-Segretarju | Parlamentari għall-Agrikoltura u Sajd, Frans Agius ukoll attenda ghal din iż-żjara, filwaqt li qal li dawn il-prekawzjonijiet qed jittieħdu fl-aħjar interess tas-saħħa pubblika u biex tkun salvagwardjata l-industrija lokali tat-tjur. |
| Il-Ministeru | għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jirringrazzja lill-pubbliku għall-koperazzjoni li wera biex dan l-eżerċizzju seta’ jsir kif kien ippjanat. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947