Restawrata l-Kappella tal-Lunzjata fil-Gudja
pr1529
21/10/2005
| Qed tkompli tikber il-ħidma minn ħaddiema tal-Gvern fuq | ir-restawr ta’ diversi kappelli u bini storiku mferrxa madwar Malta. Wara li matul din is-sena sar xogħol ta’ restawr fuq diversi kappelli, fosthom: il-Kappella ta’ Ċwerra fis-Siġġiewi, Tal-Madliena f’Ħad-Dingli u ta’ San Ġakbu f’Ħal-Luqa, issa qed jitwettaq xogħol fuq il-Kappella tal-Lunzjata fil-Gudja. |
| Il-Ministru Ninu Zammit żar ix-xogħlijiet li qed iwettqu | ħaddiema mit-Taqsima tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura fil-Gudja. Din il-kappella kellha difetti fuq it-tliet faċċati. Kien ferm propizju li dawn id-difetti identifikati mill-Periti ta’ l-istess Ministeru, jiġu rranġati sabiex jiġi evitat li tikber il-ħsara. |
| Ix-xogħol ta’ restawr inkluda xi tibdil ta’ ġebel | immermer u tindif tal-faċċati, inkluż il-kampnar u l-istatwi fuq il-faċċata prinċipali. Tneħħa kisi ta’ siment mill-partijiet il-baxxi tal-faċċati, kif ukoll tkaħħlu l-fili kollha sabiex jiġi evitat id-dħul ta’ ilma li tant jikkawża ħsara lill-istruttura proprja. Bħal ma twettaq f’kappelli oħra, sar xogħol ta’ restawr tal-bibien u twieqi tal-injam. Il-Kappella tal-Lunzjata nbniet fl-1754 u għandha forma ta’ salib grieg. Il-kampnar u l-opramorta saru fl-1912 fuq disinn tal-Perit Carlo Farrugia. |
| Filwaqt li jikkontribwixxu sabiex insebbħu dejjem iżjed | l-ambjent ta’ madwarna u nippreservaw il-wirt storiku ta’ pajjiżna, dawn il-proġetti se jservu għal ħolqien ta’ sensiela jew katina ta’ kapelli ta’ stil barokk u medjevali li faċilment jistgħu jkunu nkorporati f’”heritage trail” mis-settur turistiku. |
| Il-Ministru Zammit fakkar fil-lista vasta ta’ proġetti | ta’ restawr li qed iwettaq bħalissa l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, li tinkludi l-Knisja ta’ Sarria fil-Floriana, l-arkata tal-Ġnien Re Ġorġ V fil-Floriana, l-Iljun tal-Floriana u l-istatwa u z-zuntier ta’ San Ġużepp f’Ħal-Lija. |
| Finalment il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura | stqarr li fil-futur qarib se jinbeda xogħol ta’ restawr tal-Knisja ta’ Santu Rokku fl-Imdina u dik tal-Madonna ta’ Ċeppuna li tinsab fil-Marsa Golf Course. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947