Left arrow Mur Lura

IL-GVERN QED JIEĦU L-PREKAWZJONIJIET KOLLHA KONTRA L-EVENTWALITA’ TA’ TIXRID TA’ L-INFLUWENZA TAT-TJUR F’MALTA

pr1526
Date Icon 20/10/2005
Il-Gvern qed jieħu l-miżurikollha biex jassigura li jkunu ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha kontra l-eventwalita’ ta’ tixrid ta’ l-influwenza tat-tjur f’Malta.   Fl-istess waqt kulħadd għandu jżomm ruħu aġġornat b’dak kollu li jkun għaddej, iżda m’hawnx  lok għall-ebda allarm żejjed.
Dan qalu l-Ministru għall-AffarijietRurali u l-Ambjent George Pullicino waqt żjara li hu għamel fil-Biċċerija fejn iltaqa’ mal-ħaddiema mid-Diviżjoni ta’ l-Ikel u Attivita’ Veterinarja li huma minn ta’ quddiem nett fl-isforzi li qed isiru biex ikun żgurat li l-pajjiż ikun għal-lest fl-eventwalita’ tat-tixrid tal-virus ta’ l-influwenza tat-tjur.
Filwaqt li rringrazzjawlill-ħaddiema għax-xogħol siewi li qed iwettqu, George Pullicino u Frans Agius assiguraw lill-ħaddiema li qed jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex tkun assigurata s-saħħa u s-sigurta’ ta’ kull min hu involut f’dan l-isforz nazzjonali.
Il-Ministru Pullicinotkellem ukoll dwar l-eżerċizzju ta’ simulazzjoni li se jsir għada bejn id-disgħa ta’ filgħodu u nofsinhar f’sit partikolari f’Malta.  Hu tenna l-appell tiegħu għall-koperazzjoni u l-kollaborazzjoni ta’ kulħadd u qal li dan l-inkonvenjent huwa meħtieġ biex ikun żgurat li l-livell ta’ kordinazzjoni bejn il-forzi ta’ l-ordni tal-pajjiż huma fuq livelli aċċettabbli f’każ ta’ tixrid ta’ virus.
George Pullicino fakkarli għada tiftaħ ir-reġistrazzjoni ta’ papri, tiġieġ, dundjani u tjur fancy ieħor li jitrabba fid-djar u f’postijiet oħrajn u li sa’ llum għadhom qatt ma ġew irreġistrati.  Din ir-reġistrazzjoni se ssir mill-uffiċċji kollha tal-Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex u se tibqa’ miftuħa sal-Ġimgħa 28 t’Ottubru.
Il-Ministru Pullicinoqal li l-Gvern Malti ser jibqa’ jsegwi dak li jkun irrikmandat u maqbul fil-kumitat xjentifiku ta’ l-Unjoni Ewropea u mhux ser jittieħdu ebda deċiżjonijiet unilaterali.
Hu qal li fl-ewwel jumli fih kien introdott in-numru freephone daħlu medja ta’ 120 telefonata fis-siegħa.  George Pullicino appella lill-pubbliku biex filwaqt li jżomm ruħu infurmat ma jallarmax ruħu żżejjed.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow