LAQGĦA TAL-MINISTRU MICHAEL FRENDO MAL-VIĊI PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA GUNTHER VERHEUGEN
pr1523
20/10/2005
| Il-Ministru | għall-Affarijiet Barranin Michael Frendo ġedded l-appoġġ sħiħ ta’ Malta għal Kummissjoni b’saħħitha, f’laqgħa li kellu ma’ Gunther Verheugen, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea li kien fuq żjara qasira f’Malta. |
| Fil-laqgħa | li saret fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, il-Ministru Frendo insista fuq il-ħtieġa li Malta tingħata għajnuna biex tkun tista’ tiffaċċja l-problema ta’ l-imigrazzjoni illegali. |
| Il-Ministru | Frendo esprima d-diżappunt tiegħu li l-Kummissjoni għadha ma waslitx għal soluzzjoni fuq il-Budget tagħha u sostna li hemm bżonn li din is-soluzzjoni tinstab kemm jista’ jkun malajr. |
| Id-diskussjoni | ċċentrat ukoll fuq il-Politika ġdida ta’ l-Unjoni Ewropea dwar it-Turiżmu li Verheugen ġie biex iniedi f’Malta. |
| Preżenti | għal din il-laqgħa kien hemm ukoll Richard Cachia Caruana, ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947