TAĦRIĠ TA’ L-GĦALLIEMA GĦALL-eTWINNING
pr1522
20/10/2005
| L-eTwinning | hija azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tipprovdi qafas ta' kollaborazzjoni bejn skejjel Ewropej. Din l-azzjoni ntlaqgħet tajjeb ħafna mill-għalliema u l-istudenti Maltin tant li fl-ewwel sena tagħha, 100 għalliem minn aktar minn 75 skola irreġistraw l-interess tagħhom u qed ifittxu partner filwaqt li 25 diġà qed jaħdmu fuq proġetti kollaborattivi flimkien ma' l-imsieħba tagħhom minn diversi pajjiżi Ewropej. |
| Is-Servizz | t'Appoġġ Nazzjonali ta' l-eTwinning f'Malta jorganizza bosta attivitajiet biex jippromwovi l-azzjoni fost l-għalliema u fl-iskejjel. Dawn jinkludu laqgħat ma' l-għalliema fl-iskejjel tagħhom, sapport permezz tat-telefon u l-email, kif ukoll taħriġ speċifiku biex jgħin lill-għalliema jiddisinjaw esperjenzi ta' tagħlim interessanti ibbażati fuq kollaborazzjoni bejn skejjel Ewropej - bl-użu tat-Teknologija ta' l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (TIK). |
| Id-29 | għalliem u għalliema li llum irċevew ċertifikat ta’ attendenza, fil-fatt għażlu li jiddedikaw parti mill-ħin liberu tagħhom waqt il-vakanzi tas-sajf biex iħarrġu lilhom infushom f'oqsma ġodda u innovattivi għat-tagħlim. Fil-kors li temmew b’suċċess, raw kif jistgħu joħolqu proġett kollaborattiv bl-użu tat-TIK u kif jipproduċu preżentazzjonijiet elettroniċi flimkien ma' l-istudenti tagħhom. Ħadmu wkoll fuq oqsma aktar avvanzati bħal m'huma l-komunikazzjoni bil-vuċi permezz ta' l-Internet u l-produzzjoni ta' vidjo diġitali - dan kollu f'ambitu ta' proġett li jindirizza oqsma li huma parti mill-kurrikulu tagħhom. L-għalliema li attendew dan il-kors irrealizzaw li din it-tip ta' metodoloġija tagħmel it-tagħlim ħafna aktar interessanti għall-istudenti u tagħti aktar sodisfazzjon għall-għalliema wkoll. |
| Huwa | ta' sodisfazzjon kbir li dawn l-għalliema kienu lesti li jagħtu mill-ħin liberu tagħhom u jkomplu jiżviluppaw il-ħiliet pedagoġiċi u tat-TIK tagħhom bħal ma jagħmlu bosta għalliema oħra li ta' kull sena jattendu d-diversi korsijiet li jorganizza d-Dipartiment tat-Teknologija fl-Edukazzjoni fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947