JINGĦATAW DETTALJI DWAR L-EŻERĊIZZJU TA’ SIMULAZZJONI U L-AĦĦAR ŻVILUPPI DWAR L-INFLUWENZA TAT-TJUR
pr1517
20/10/2005
| L-eżerċizzju | tas-simulazzjoni dwar l-influwenza tat-tjur se jsir nhar il-Ġimgħa 21 t’Ottubru matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu. Dan se jsir wara qbil ma’ l-Unjoni Ewropea. Biex ikun assigurat li dan l-eżerċizzju jilħaq l-iskop ewlieni tiegħu mhux se jingħataw dettalji dwar il-post fejn se jsir l-eżerċizzju. |
| Dan | intqal mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet. |
| Il-Ministru | Pullicino appella biex kulħadd jikkopera mal-forzi ta’ l-ordni u biex kulħadd jikkollabora u jissaporti kwalunkwe inkonvenjent li jista’ jinħoloq b’dan l-eżerċizzju. Hu qal li dan l-eżerċizzju se jinvolvi l-egħluq ta’ żona ta’ 3 kilometri madwar is-sit li se jkun indikat bħala l-post fejn instab il-virus għall-iskop ta’ dan l-eżerċizzju. B’hekk din iż-żona se tkun magħluqa totalment, jiġifieri t-toroq kollha kif ukoll kull moviment ’il barra u ’l ġewwa minn dik iż-żona. |
| Se | ssir eċċezzjoni għas-servizzi ta’ emerġenza li jista’ jkun hemm bżonn jgħaddu mill-inħawi, liema servizzi mhux se jkunu milquta bl-ebda mod minn dan l-eżerċizzju. |
| Il-Ministru | Pullicino qal li se jibda jaħdem il-freephone li huwa 80072211 li se jkun attivat matul il-ħin ta’ l-uffiċċju u li fuqu għandhom ikunu indirizzati xi mistoqsijiet dwar l-influwenza tat-tjur. Hu fakkar li n-numru l-ieħor 7903 3044, se jibqa’ jaħdem ukoll u se jkun attivat 24 siegħa kuljum, sebat’ijiem fil-ġimgħa. Dan in-numru għandu jintuża biex ikunu rrapurtati każijiet suspetti ta’ għasafar mejta jew morda. |
L-Onor. Pullicino qal li qed jiżdiedu n-numru ta’ telefonati li qed jirrapportaw każijiet ta’ għasafar mejtin jew każijiet suspetti oħrajn. Hu qal li uffiċjali mid-Diviżjoni ta’ l-Ikel u Attivita’ Veterinarja qed jinvestigaw kull rapport li qed jidħol u qed jittieħdu kampjuni minn dawn il-każijiet. Il-Ministru Pullicino appella biex ma jkunx hawn allarm żejjed u kulħadd għandu japprezza li l-uffiċjali tad-
| Dipartiment | qegħdin fuq l-ogħla livell ta’ tħejjija u qed jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex ikun assigurat li tkun imħarsa s-saħħa pubblika. |
| Il-Ministru | Pullicino rringrazzja lill-Federazzjoni tal-Ħamiem tat-Tiġrija u l-Għaqda ta’ l-Għasafar tal-Wiri li kkonfermaw id-disponibbilta’ tagħhom li jikkoperaw ma’ l-awtoritajiet. Huma qablu li għalissa jissosspendu t-tiġrijiet tal-ħamiem u l-wirjiet ta’ l-għasafar rispettivament bħala prekawzjoni. |
| George | Pullicino fakkar li minn nhar il-Ġimgħa 21 t’Ottubru ser tibda r-reġistrazzjoni ta’ tjur fl-uffiċċji kollha tal-Kunsilli Lokali. Din ir-reġistrazzjoni se ddum miftuħa għal ġimgħa, sal-Ġimgħa 28 t’Ottubru 2005. Permezz ta’ din ir-reġistrazzjoni se tinġabar informazzjoni dwar tajr li jitrabba fid-djar jew f’postijiet oħrajn u li sal-lum għadhom qatt ma kienu reġistrati. L-intenzjoni hi li tinġabar informazzjoni dwar tiġieġ, papri, dundjani u fancy birds oħrajn. Il-Ministru qal li l-leġislazzjoni biex min ikollu tajr f’daru jirreġistrahom ilha fis-seħħ f’Malta sa mill-1989 u din kienet tirrigwarda b’mod partikolari t-tiġieġ tas-simna (broilers). Hu qal li minbarra li jgħin biex jissaħħu l-prekawzjonijiet f’din l-eventwalita’, dan l-eżerċizzju se jwassal ukoll biex ikollna informazzjoni aktar aġġornata dwar il-popolazzjoni ta’ għasafar f’Malta. |
| Is-Segretarju | Parlamentari għall-Agrikoltura u Sajd Frans Agius tenna li pajjiżna għandu sistema li tiggarantixxi t-traceability tal-fellus mit-trobbija sakemm jasal fl-impjant ta’ l-ipproċessar u sakemm dan jasal għand il-konsumatur. Kull proċessur approvat mis-servizzi veterinarji għandu dik li tissejjaħ health mark. Din tkun imwaħħla wkoll fuq il-prodotti tat-tiġieġ li l-konsumatur ikun ser jixtri. L-Onor. Agius appella lill-konsumatur biex jara, kif inhu d-dritt tiegħu, li din il-health mark qegħda fuq il-prodott. Dan huwa importanti biex ikun assigurat li l-prodott li qed jixtri huwa ħieles minn kull mard. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Frans Agius qal li f’Malta hawn sitt proċessuri li huma approvati skond direttivi ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ikompli jikkonferma kemm il-prodott Malti huwa garantit li hu ppreparat skond l-aqwa standards ta’ iġjene u kontroll. L-Onor. Agius tenna li l-konsumatur għandu jivverifika li t-tikketta fuq il-prodott għandu jkollha deskrizzjoni ċara tal-prodott, l-indirizz ta’ l-impjant fejn kien ipproċessat u data sa meta l-prodott għandu jintuża (best before date). |
| Hu | qal li l-bajd tat-tifqis li jgħaddi mill-postijiet tad-dħul ta’ Malta (ajruport, port u Freeport) jiġi rreġistrat f’data base. Meta l-bajd jgħaddi għand il-hatcheries għat-tifqis dawn jiġu rreġistrati skond l-ordni li ssir mill-produtturi rispettivi. Dan jagħmilha aktar faċli biex ikollna iktar traceability sa meta t-tiġieġ jasal għand il-produtturi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947