Left arrow Go Back

GĦAJNUNA UMANITARJA GĦALL-VITTMI TAT-TERREMOT FIL-PAKISTAN SE TINTBAGĦAT MINN MALTA NĦAR IL-ĠIMGĦA

pr1515
Date Icon 19/10/2005
Il-Gvern,permezz tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin awtorizza li l-provvisti umanitarji li l-Maltin offrew għall-vittmi tat-terremot tal-Pakistan, jinġarru permezz ta’ servizz organizzat apposta mill-Unjoni Ewropea, biex il-pajjiżi ta’ l-Euro Atlantic Partnership Council jibgħatu l-għajnuna tagħhom. Dan is-servizz qed juża ajruplani tan-NATO għal skopijiet ta’ ġarr urġenti ta’ oġġetti ta’ għajnuna umanitarja.
Warat-terremot tat-8 ta’ Ottubru li ħalla aktar minn 40,000 persuna mejta u eluf oħra feruti jew bla djar, il-Kummissjoni Ewropea permezz tac-Civil Protection Co-operation Mechanism għamlet sejħa lill-pajjiżi membri, biex jibgħatu għajnuna lill-persuni fl-inħawi milquta mit-terremot.
Malta, permezz tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għamlet sejħa u l-poplu Malti, kif għamel f’okkażjonijiet oħra, ikkonkorra sew bl-għajnuna tiegħu.
L-UnjoniEwropea offriet li l-provvisti umanitarji mill-pajjiżi ta’ l-Euro Atlantic Partnership Council lejn il-Pakistan jinġarru minn ajruplani tal-merkanzija tan-NATO.  Għalkemm Malta m’hix membru ta’ dan il-Kunsill xorta waħda ngħatat il-faċilità li tagħmel użu minn dan is-servizz.
Il-Ministruta’ l-Affarijiet Barrani Michael Frendo, wara li ħa l-parir ta’ l-Avukat Ġenerali, u partikolarment minħabba n-natura umanitarja tal-każ u l-urġenza biex l-oġġetti li ngħataw mill-poplu Malti jilħqu lil min għandu bżonnhom kemm jista’ jkun malajr, approva t-talba tad-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili biex jagħmel użu minn dan is-servizz.
Ajruplantal-merkanzija tan-NATO mistenni jiġi Malta nhar il-Ġimgħa biex jieħu l-għajnuna umanitarja offruta mill-poplu Malti lejn il-Pakistan.
Sadattant,il-Ministru Michael Frendo l-bieraħ iffirma l-ktieb tal-kondoljanzi li nfetaħ fil-Konsulat tal-Pakistan f’Malta wara t-terremot tat-8 ta’ Ottubru.  F’nota li għamel, il-Ministru Frendo wera sogħba għat-telf ta’ eluf ta’ ħajjiet innoċenti u esprima s-solidarjetà sħiħa tal-poplu Malti ma’ dak Pakistani, f’dan il-mument diffiċli.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow