Left arrow Go Back

JIDĦLU FIS-SEĦĦ IR-REGOLAMENTI ĠODDA DWAR IR-RIMI TA’ SKART ABBUŻIV F’POSTIJIET PUBBLIĊI (LITTERING REGULATIONS)

pr1514
Date Icon 19/10/2005
Ir-Regolamentiġodda dwar ir-rimi ta’ skart abbużiv f’postijiet pubbliċi se jidħlu fis-seħħ minn nhar il-Ġimgħa, 21 ta’ Ottubru 2005.  Dan ħabbru l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino waqt laqgħa li kellu mas-sindki kollha ta’ Malta u Għawdex.
Il-MinistruPullicino esprima s-sodisfazzjon tiegħu għar-rispons li kien hemm mill-Kunsilli Lokali fejn sal-lum hemm ’il fuq minn 60 Kunsill Lokali li kkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom f’din l-inizjattiva, liema inizjattiva ġiet ukoll approvata unanimanent mill-Assoċjazzjoni għall-Kunsilli Lokali.   Hu tenna li ħafna mill-Kunsilli Lokali qed jistennew bil-ħerqa l-introduzzjoni ta’ dawn ir-Regolamenti, tant hu hekk li ċerta kunsilli diġà qegħdin iħejju biex jorganizzaw laqgħat għall-komunitajiet li qed jirrapreżentaw.  Hu qal li dan huwa atteġġjament ta’ min wieħed iffaħħar u għandu jservi ta’ inkoraġġiment għall-Kunsilli oħra biex isegwu dan l-eżempju.
Il-MinistruPullicino qal li l-multi ġew iffissati b’mod konxju.  Hu qal li ma jistax jibqa’ jiġi ttollerat il-fatt li jintefqu flejjes kbar biex jitnaddaf il-ħmieġ li jintefa’ b’mod irresponsabbli minn dawk il-ftit li ma jimpurtahomx mill-ambjent.  Il-Gvern mhu ser jiggwadanja l-ebda ċenteżmu fil-Fond Konsolidat minn dawn ir-regolamenti.  L-uniku parti tal-flus li mhix sejra għand il-MEPA jew għand il-Kunsilli Lokali se tmur fil-Fond Ambjentali biex minnu jiġu ffinanzjati proġetti ta’ fejda ambjentali li jkunu jixtiequ jwettqu l-Kunsilli Lokali li ser jipparteċipaw f’din l-inizjattiva.
Ir-regolamentisejrin jiddaħħlu għal perjodu ta’ prova sa l-aħħar ta’ din is-sena.  Matul dan il-perjodu l-ewwel ċitazzjoni li sejra tingħata lill-individwu partikolari mhix ser iġġorr magħha piena finanzjarja imma twissija li tissarraf f’multa jekk l-istess individwu jagħmel offiża simili matul il-perjodu ta’ prova jew anke sa sena wara.  Il-Ministru Pullicino qal li dan qed isir biex ma tingħatax l-impressjoni li se jinbeda xi witch hunt imma kulħadd irid jingħata ċ-ċans biex jifhem dmirijietu.

L-Onor. Pullicino qal li huwa l-Gvern li se jerfa’ l-ispejjeż kollha tal-perjodu ta’ prova, spiża li tlaħħaq il-Lm150,000, liema fondi jridu jiġu rkuprati mill-Fond Ambjentali.  Hu enfasizza li hu importanti li l-Kunsilli Lokali jżommu almenu dan il-livell ta’ sorveljanza anke minn Jannar 2006 meta jidħlu fis-seħħ il-provedimenti kollha tar-Regolamenti.  

Husaħaq fuq l-importanza tat-tisħiħ tal-koperazzjoni bejn il-Gvern Ċentrali u l-Kunsilli Lokali fuq inizjattivi speċifiċi ta’ mmaniġġjar ta’ l-iskart.  F’dan il-kuntest, il-programm tal-Gvern hu li l-Kunsilli Lokali kollha jgħaddu l-lista tas-siti proposti għall-bring-in sites sa’ l-aħħar ta’ Marzu tas-sena d-dieħla.  Barra minn hekk, George Pullicino appella għal aktar inizjattivi u proposti tanġibbli li għandom iwasslu għal separazzjoni ta’ l-iskart mid-djar.
Il-Gvernnieda kampanja fuq bosta ġurnali, programmi tar-radju u televiżjoni kif ukoll tnehdiet kampanja ta’ informazzjoni u edukazzjoni. Il-Ministru Pullicino rringrazzja lil dawk kollha li huma involuti f’din l-inizjattiva – il-Kunsilli Lokali, il-Joint Committees u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali li kienu nvoluti fit-tfassil tar-Regolamenti u l-qafas tagħhom kif ukoll li sejrin ikun determinanti fit-tħaddim ta’ dawn ir-Regolamenti; lill-Management Efficiency Unit fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru li kienu strumentali fit-tfassil tal-qafas li fihom sejrin jitħaddmu dawn ir-Regolamenti;  lill-MEPA li ukoll se jkunu parteċipi fis-sistema ta’ infurzar ta’ dawn ir-Regolamenti;  l-isponsors kollha li għenuna ntellgħu l-kampanja ta’ informazzjoni u edukazzjoni; il-media consultants u l-izviluppaturi tas-software.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow