Left arrow Go Back

NAGĦTU ATTENZJONI GĦALL-CASH FLOW U NIRRISKJAW MILL-ANQAS BID-DEJN – IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO

pr1513
Date Icon 19/10/2005

“Biex nirnexxu fin-negozju rridu nieħdu ħsieb il-cash flow tagħna u noqodu attenti mid-dejn.”  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo meta kien qed jitkellem fil-ftuħ tal-Konferenza organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-SelfEmployed flimkien mal-Malta Association of Credit Management.  Il-konferenza ttrattat l-immaniġjar tad-dejn u x’jista` jsir biex negozji ma jbgħatux minħabba dejn li jkunu taw.  Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li ta’ sikwit jiltaqa’ ma’ negozjanti li jkunu ngidmu fix-xogħol tagħhom.  “Ilment komunu ta’ sidien ta’ negozju huwa li jekk ma jiddejnux ma jagħmlux negozju, jew li jekk ma jagħtix dejn ma jkunx jista’ jbiegħ.  Hemm min qal li meta ta bid-dejn mar il-baħar, u oħrajn jgħidu li meta jagħtu x-xogħol b’xejn bil-ħsieb li xi darba jitħallsu, jkunu qed jippermettu li jinfetħu l-ħwienet minn fuq darhom u huma mbagħad jibqgħu b’xejn.  Dawn huma kollha problemi li jiltaqa’ magħhom min qiegħed fin-negozju, u hemm bżonn li ntaffu din il-problema.”  

“Huwa minnu li ċerti negozji ma jistax ikun li ma jagħtux credit. (bid-dejn).  Mhux kullħadd jista’ jbiegħ cash and carry.  Kull negozju għandu s-sistema ta’ kif iħallas u jitħallas.  Ma hemmx verità waħda assoluta rigward dan is-suġġet.  Persważ li kull sid ta’ negozju jaf li qiegħed fin-negozju biex jagħmel il-qliegħ tiegħu, u għalhekk konxju li ma jieħux deċiżjonijiet li jissarfu f’telf ta’ flus.  Minkejja dan, għandna stejjer ta’ sidien ta’ negozji li fallew meta ħadu d-deċiżjoni li jafdaw lil min kien ingannhom u dawn ma ħallsu qatt dawk il-prodotti li kienu ingħatawlhom.  

“L-istess assoċjazzjoni li qed torganizza dan is-seminar hija riżlutatta’ esperjenza qarsa lil diversi negozji kellhom meta negozju f’pajjiżna kien naqas li jonora ċerti pagamenti.
“Jiena nemmen li kull min qiegħed fin-negozju ma jridx jitlef flus, u għalhekkinsostni biex ħadd ma jinsa t-tagħlimiet ta’ l-imgħoddi u lanqas ma joqgħod jistenna l-waqt li jintlaqat ħażin hu qabel ma jitgħallem.  Min għadda mill-esperjenza nistenna li għandu joqgħod lura milli jqassam bid-dejn li min ma jkun jaf xejn dawru, lil min qatt ma intlaqat ħażin nistenna li ma jieħux riskju jekk dan ma jkunx ikkalkulat, u nitolbu jaħsibha darbtejn qabal ma jieħu r-riskju li jagħti bid-dejn.

“Illum għandna suq tal-bejgħ bl-immnut kważi mifqugħ.  Għandna bosta minn kollox u qed nistennew li jkomplu jiftħu aktar negozji.  Dan jawgura tajjeb, iżda li ma jħalliniex komdu huwa meta ċerti negozji jibdew jiftħu u ma jkollhomx il-kapital li tant hu meħtieġ u jibdew jimlew l-ixkaffef bi spiża għal min ser jagħtihom il-prodotti li imbagħad ser ipoġġu għall-bejgħ.  Qiegħed nirreferi l-aktar għall-bejgħ ta’ suppliers lokali għan-negozji lokali, jiġifieri business to business.  

“Ngħid hekk għaliex l-akbar problema li nara r-riskju tal-bejgħ bid-dejn,huwa propju f’dan is-settur.  S’issa ma nafx li għandna problemi kbar minn tal-ħwienet li idejjnu lill-konsumatur.  Hawn din il proċedura l-iżjed li tolqot hija lil ħwienet tal-white goods, vetturi jew għamara.  S’issa jidher li hawn ir-riskju li jittieħed qiegħed ikun wieħed maħsub u kkalkulat.  Jinstemgħu każijiet ta’ defaulters, iżda ma għandniex għalfejn nallarmaw rwieħna.
“L-akbar riskju li għadna huwafis-settur ta’ business to business.   Issa qiegħed jinstema’ li ser nerġgħu naraw ftuħ ta’ supermarkets kbar.  Aħbar bħal din tagħtini x’naħseb u nispiċċa jkolli iżjed minn opinjoni waħda.  F’din iċ-ċirkostanza, bla preġudizzju għal min huma is-sidien ta’ dawn is-supermarkets ġodda, ippermettuli nfakkar x’kien ġara fl-esperjenza tal-Price Club, u dan għaliex, kif jgħid il-Malti, bniedem avżat nofsu armat.
“Jiena personalment iżjed nippreferi numru kbir ta’ negozji żgħarmilli numru żgħir ta’ negozji kbar.  Minkejja dan, jiena xorta nawgura suċċess lil kull min jipprova jkabbar u lil min jissupplixxieh bil-prodotti tiegħu.
“Minn din l-esperjenza kollha nagħraf il-ħtieġa li rridu naraw lif’pajjiżna kull negozju f’kull settur itejjeb is-sostenibbilità tal-kummerċ li huwa għamel kemm-il darba jtejjeb il-ħila tiegħu li permezz tagħha jiddeċiedi lil min idejjen u lil min le.  Bl-istess mod, għandna inħabirku li ntejjbu l-abiltà li nikkontrollaw il-ħlas lura ta’ min ikun ingħata servizz jew prodott bid-dejn.
“Persważ li f’din il-laqgħa tal-lum, ser ikunu diskussi temi u proċedurili aħna lkoll li qed nieħdu sehem f’din il-konferenza jkollna opportunitajiet li nitgħallmu minnhom.
“Iżda tajjeb ukoll li wieħed jħares lejn min x’hiex huwa magħmul in-negozjuf’pajjiżna u dan għaliex meta qed nitrattaw is-suġġett tal-credit managementandcontrol irridu nifhmu wkoll li f’pajjiżna neħtieġu nitgħallmu kif nużaw aħjar ir-riżorsi finanzjarji tagħna.
“Neħtieġu li ngħollu l-livell ta’ l-intelliġenza li permezz tagħhajsir il-kummerċ.  Ma nistgħux nibqgħu naħsbu kif fejn jaqblilna jista’ jsir kollox.
“Ta’xejn ikollna negozji li jikbru loġistikament filwaqt jiċkienu finanzjarjament.  Jiena sodisfatt bin-numru ta’ negozji li qed kontinwament jikber b’ritmu sostenibbli.  Għadna post għal aktar negozji f’pajjiżna, iżda ma jistax ikun li jibqa’ jkollna ħafna iżjed negozji bħalma diġà għandna.  Hemm bżonn ta’ aktar innovazzjoni.  Dan qiegħed ngħidu għaliex nifhem li jekk jibqa’ jkollna aktar negozji jiftħu biex ibiegħu minn dak li diġà għandna ħafna bħalu, l-kompetizzjoni li permezz tagħha jgawdi l-konsumatur, tibda iddgħajjef il-profittabilità ta’ min qiegħed fil-kummerċ.  Meta tibda tonqos il-profittabilità jibdew ukoll deħlin proċeduri ġodda li jibdew inaqqsu mis-sostenibbilità ta’ l-istess negozji.
“Illum il-Gvern mhux tal-fehma li jagħlaq jew jirristrinġi n-numru ta’applikanti għad-dinja imprenditorjali.  Il-Gvern jemmen li fil-liberalizzazzjoni tas-suq fejn ikun hemm kompetizzjoni ġusta l-attività kummerċjali tikber, il-konsumatur igawdi minn għażla u prezzjiet aħjar filwaqt li jinħolqu aktar impjiegi ġodda.  F’din is-sitwazzjoni l-entratura fis-suq hija waħda faċli, iżda s-suċċess mhux garantit.  Dak li huwa garantit huwa r-riskju.  Hawn jiena nara li s-suppliers, l-ingrossisti jew l-importaturi għandhom rwol importanti x’jaqdu lejn is-settur kummerċjali ta’ pajjiżna, li jaraw li huma jkunu negozji li kapaċi jissorveljaw lil dawk li jkollhom xi jħallsu.  Jekk dawk li jkunu qed jabbużaw jibqgħu jitħallew jabbużaw, inkunu qed nippermettu li l-attività kummerċjali tagħna tkun waħda fittizja li tidher sabiħa u kbira minn barra iżda dgħajfa minn ġewwa.
“Negozju b’saħħtu huwa dawk in-negozju li għandu cash flow b’saħħitha li jekk idejjen għandu kontroll fuq dawkli huma imdejjna miegħu.
“Kull leġiżlazzjoni f’dan ir-rigward dejjem tagħmel differenza fil-pożittiv,iżda l-element kompetittiv bejn in-negozji dejjem wassal biex meta negozju isib il-bieb magħluq ta’ negozju li kien jissupplixxih, (għaliex ikun abbuża) dan xorta waħda jsib min jissupplixxih bil ħsieb li jirbaħ klijent ġdid.  Il-ġirja għall-klijenti jwassal biex il-credit periods jitwalu u ħafna darbi wieħed jinsiehom għal kollox.
“Il-proċedura tal-ħlas bic-chequebook baqgħat toħloq ċertiċirksutanzi speċjalment fis-settur ta’ business to business.
“Hawn irrid infaħħar ukoll il-ħidma tal-Ministru Tonio Borg u s-SegretarjuParlamentari Carmelo Mifsud Bonnici lejn iżjed simplifikazzjoni ta’ proċeduri tal-qrati li fuq kollox wasslet biex tonqos il-burokrazija fis-sistema tal-qrati u llum hemm ħafna iżjed każijiet ipproċessati.
“L-introduzzjoni ta’ l-iSmall Claims Tribunal kien pass fid-direzzjonit-tajba fejn negozji jistgħu jħaffu l-proċess sabiex dawn jitħallsu lura f’qasir żmien milli kieku jkollhom jidħlu l-qorti.  Fil-fatt, jekk nagħtu ħarsa lejn l-istatistika tat-Tribunal għat-Talibiet iż-Żgħar minn Jannar sal-lum, nistgħu ninnotaw li dan it-Tribunal qiegħed jaħdem b’ċertu effiċjenza.
TRIBUNAL GĦAT-TALBIET IŻ-ŻGĦAR –Jannar – Ottubru 2005

DECIZI

CEDUTI

KANCELLATI

DEZERTI

TOTAL

MALTA

1,253

262

2

53

1,570

GHAWDEX

65

11

0

1

77

TOTAL TRIBUNAL

1,318

273

2

54

1,647

Tabella 1 .  Sors:  www.justice.gov.mt

“Jekk inqabblu dawn il-figuri ma’ dawk ta’ qrati oħra, naraw li t-Tribunal għat-Talibiet iż-Żgħar qiegħed jipproċessa aktar każijiet minn qrati individwali oħra.      

DECIZI

CEDUTI

KANCELLATI

DEZERTI

TOTAL

MALTA

1,253

262

2

53

1,570

GHAWDEX

65

11

0

1

77

TOTAL TRIBUNAL

1,318

273

2

54

1,647

Tabella 2.  Sors:  www.justice.gov.mt

“Proċess ieħor li permezz tiegħu saret simplifikazzjoni fil-Qortikienet l-introduzzjoni ta’ emenda fil-Liġi li permezz tagħha, għal valur ta’ mhux aktar minn LM5,000, debitur jista’, b’ittra eżekuttiva, jippreżenta ittra l-Qorti li tintbagħat bil-Marexxall.  Jekk min jirċievi l-ittra ma jikkontestax sa 30 ġurnata minn mindu jirċievi l-ittra, dik l-ittra ssir ordni tal-Qorti.  Jekk il-persuna li tkun irċiviet l-ittra ma taġixxix, allura jibdew il-proċeduri ta’ ħruġ ta’ mandat.
“Wieħed irid isemmi li ħafna negozji mhux qed jagħrfu jamministrawbil-għaqal l-obbligi finanzjarji tagħhom.
“Insibu każi fejn l-overdraftfacility tintuża sabiex jiġu ffinanzjati commitments fit-tul, bħalma huma xiri ta’ assi kapitali tan-negozju, meta dan għandu jintuża biss biex jiffinanzja commitments f’qasir żmien, bħal ma hu x-xiri ta’ stock.
“Insibu każi fejn in-negozji jidħlu għal obbligazzjonijiet akbar millijifilħu.
“Każi fejn negozji jsellfu lil kulħadd basta jagħmlu l-bejgħ, mingħajrma jevalwaw il-pożizzjoni finanzjarja ta’ dak li jkun.
“Mill-Banda l-oħra l-Gvern ħaseb sabiex jindirizza u jgħin ċirkostanzita’ dejn.
“Late payment Directorate li ġietintrodotta mill-Gvern ukoll huwa mezz ta’ kif il-gvern iħallas id-dejn tiegħu f’perjodi stabbiliti, u b’hekk in-negozji jkunu jistgħu jipproteġu aħjar iż-żmien li fih ser jitħallsu lura.
“Naħseb li s-serjetà titlob li l-obbligi ta’ taxxa jkunu osservatisabiex kulħadd jaħseb li jkollu l-flus f’idejh meta dan jiġi biex iħallas it-taxxa skond il-perjodi stabbiliti.  Id-differenza bejn dak li kien jiġri qabel u dak li jsir issa huwa li l-ġbir ta’ taxxi sar issa wieħed sostenibbli b’mod li hemm perjodi stabbiliti li wieħed irid bilfors joqgħod magħhom.”
Fit-tmiem tad-diskors tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallorringrazzja wkoll il-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknologija ta’ l-Informatika li pprovdew għadd ta’ laptops li gew użati mill-parteċipanti fis-seminar.
L-Onor. Vassallo temm billi awgura li dawk kollha preżenti jkunu jistgħujapplikaw dak li ser jingħad waqt is-seminar fis-setturi differenti tagħhom, biex b’hekk negozjanti Maltin ikunu jistgħu iħaddmu l-flus tagħhom aħjar u jevitaw li jaqgħu fid-dejn.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow