Left arrow Mur Lura

SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONI GĦALL-WARRANT TAL-PROFESSJONI TAL-PSIKOLOGI

pr1512
Date Icon 19/10/2005
Fl-1ta’ Frar 2004, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, l-Onor. Dolores Cristina, waqqfet uffiċjalment il-Bord dwar il-Professjoni tal-Psikologija f’Malta, u dan bis-saħħa ta’ Att  X,  tal-ligi tas-sena 2004 dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija.  Il-funzjonijiet ta’ dan il-Bord huma diversi u jinkludu li jeżamina l-applikazzjonijiet għal warrant għall-prattika tal-professjoni ta’ psikologi f’Malta u jirrakkomanda lill-Ministru għall-għoti jew rifjut ta’ warrants.
Waraxhur ta’ ħidma, il-Bord qed iħabbar sejħa għall-applikazzjonijiet għall-warrant ta’ psikologi.  Persuni li jixtiequ japplikaw, u li skond il-Liġi hawn fuq imsemmija jidhrilhom li jikkwalifikaw għal dan il-warrant għandhom isewgu dawn il-proċeduri:
  • Applikazzjoni għall-Warrant ta’ Psikologi għandha tinġabar minn għand is-Segretarja tal-Bord, is-Sinjura Anne Scolaro, mid-Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali, Ċentru Ħidma Soċjali, 469, St Joseph High Road,  St. Venera, it-Tnejn u l-Ġimgħa bejn is-2.30 u l-4.30 ta’ wara nofs inhar, jew titniżżel mill-website www.welfare.gov.mt ta’ l-istess Ministeru.  Kull talba għal informazzjoni tintlaqa’ wkoll f’dawn il-ġranet u ħinijiet.
  • Applikazzjonijiet bid-dettalji u d-dokumenti neċessarji jibdew jintlaqgħu mis-7 ta’ Novembru 2005 sat-13 ta’ Frar 2006, mis-Segretarja tal-Bord, is-Sinjura Anne Scolaro fid-Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali, Ċentru Ħidma Soċjali, 469, St Joseph High Road,  St. Venera, it-Tnejn u l-Ġimgħa bejn is-2.30 u l-4.30 ta’ wara nofs inhar. 
  • Ma’ kull applikazzjoni jsir ħlas ta’ Lm10.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow