Left arrow Mur Lura

“NIPPROMWOVU Ċ-CHOGM”

pr1511
Date Icon 19/10/2005
Il-Gvern nieda kampanjata’ pubbliċità sabiex jippromwovi l-laqgħa tal-Kapijiet tal-Gvern tal-pajjiżi tal-Commonwealth (CHOGM) li se titlaqqa’ f’Malta x-xahar id-dieħel.  Sittax-il sponsor qed jieħdu sehem f’din il-kampanja b’investiment ta’ madwar Lm 500,000.
Il-PrimMinistru Lawrence Gonzi, waqt l-inawgurazzjoni tal-kampanja, li saret il-bieraħ f’lukanda f’San Ġiljan, qal li c-CHOGM se tkun l-aktar avveniment importanti li se jsir f’Malta wara l-Indipendenza.  Huwa qal li f’Malta se jiltaqgħu madwar terz tal-mexxejja tal-pajjiżi tad-dinja li jirrapreżentaw 1.8 biljun persuna f’ħames kontinenti.
Il-PrimMinistru qal li din hija opportunità biex il-pajjiż juri lid-dinja li kapaċi jorganizza avveniment daqstant importanti u fl-istess ħin juri dak li joffri mill-aspett storiku u kulturali.  Il-Prim Ministru qal li l-avveniment daqstant ieħor se jservi biex jippromwovi lil Malta mil-lat turistiku u kummerċjali.
Il-PrimMinistru Gonzi qal li “din se tkun opportunità biex id-dinja tagħraf il-potenzjal ta’ Malta bħala ċentru kummerċjali li minnu jistgħu joperaw kumpanniji li jridu jinvestu fl-Unjoni Ewropea u fis-suq ta’ l-Afrika ta’ Fuq li qed dejjem jikber.”
Il-PrimMinistru appella biex kull Malti jħossu parti minn dan l-avveniment u dan anke minħabba l-fatt li pajjiżna se jkun iċ-ċentru ta’ l-attenzjoni internazzjonali għal tlett ijiem sħaħ bil-miġja ta’ mijiet ta’ ġurnalisti.
Qabell-inawgurazzjoni tal-kampanja, il-Prim Ministru Gonzi żar ukoll il-Command and Control Centre taċ-CHOGM Task Force minn fejn qed jiġu koordinati d-diversi ħidmiet involuti fit-tlaqqiegħ tal-konferenza.  Iċ-CHOGM Task Force hija mmexxija mill-Ambaxxatur Salv Stellini.
Bħalaparti mill-kampanja ta’ pubbliċità biex tippromwovi l-laqgħa tac-CHOGM tnieda ukoll spot televiżiv li se jixxandar f’Malta u barra.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow