Left arrow Mur Lura

ĦMISTAX WARA T-TLESTIJA TAT-TOROQ TAL-PROTOKOLL TALJAN: JINGĦATA L-EWWEL TENDER GĦALL-BINI TA’ TRIQ LI SER ISSIR BIL-FONDI TA’ L-UNJONI EWROPEA

pr1510
Date Icon 19/10/2005
Il-bieraħġie ffirmat il-kuntratt għall-ewwel proġett ta’ kostruzzjoni ta’ toroq f’Malta li qed jiġi ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea għall-perjodu finanzjarju li jgħalaq fi tmiem is-sena 2006. Dan il-kuntratt ġie ffirmat ħmistax biss wara t-tlestija tax-xogħlijiet tal-Ħames Protokoll Taljan li huwa l-akbar proġett ta’ bini ta’ toroq li qatt ra l-pajjiż.
Il-konsorzjuMAC Joint Venture magħmul mill-kumpanniji Schembri Infrastructures u Bonnici Brothers Ltd rebaħ it-tender għall-bini mill-ġdid tat-tielet fażi tal-proġett tat-triq ta’ Ħal Far. It-tender għal dan il-proġett li nħareġ f’Jannar ta’ din is-sena u għalaq f’Marzu kien ġie rreklamat fil-ġurnal tal-Unjoni Ewropea. B’kollox kien hemm 5 sottomissjonijiet.
Il-konsorzjurebbieħ mistenni jibda’ jimmobilizza r-riżorsi tiegħu immedjatament biex ix-xogħol fuq il-kostruzzjoni tat-triq jibda kmieni x-xahar id-dieħel. Il-proġett li l-valur tiegħu huwa stmat mal-Lm1.92 miljuni (€4.7 miljuni) huwa wieħed minn tliet proġetti fuq toroq arterjali li ser jiġu ko-finanzjati mill-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew ta’ l-Unjoni Ewropea. Iż-żewġ proġetti l-oħra huma l-bini mill-ġdid tat-triq twila 5 kilometri li twassal mir-Rabat sa San Lawrenz, f’Għawdex u t-tiswijiet fuq il-pont Manwel Dimech fuq Triq Reġjonali.
It-tieletfażi tal-proġett ta’ Ħal Far tkompli fejn ħallew l-ewwel żewġ fażijiet ta’ dan il-proġett li kienu jwasslu mit-terminal ta’ l-ajruport sal-barracks ta’ Ħal Far. Dawn iż-żewġ fażijiet kienu tlestew bejn l-1998 u l-2001. It-tielet fażi tkopri t-3 kilometri li hemm bejn ir-roundabout junction ta’ ħdejn il-barracks ta’ Ħal Far u l-Malta Freeport.
Peressli din it-triq tara traffiku qawwi ta’ vetturi tat-tagħbija minn u lejn it-terminal tal-Freeport, kif ukoll il-kostruzzjoni ta’ Triq Ħal Far ser tkun skond l-ogħla klassi ta’ kostruzzjoni ta’ l-istandards ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport.
Danifisser li din it-triq ser tkun tiflaħ traffiku ta’ madwar 10 miljun vettura ta’ 30 tunellata ’l wieħed tul il-ħajja tagħha. Ix-xogħol ser ikun jinvolvi it-twessiegħ tat-triq għall-wisgħa standard ta’ triq single-lane dual-carriageway minbarra li ser jiġu kkoreġuti l-kurvaturi li hemm matulha. Ser jinbnew ukoll cycle-lane u footpath fil-ġenb filwaqt li s-servizzi li hemm għaddejjin taħt it-triq ser jingħaddu minn taħt din il-bankina.
L-iffirmarta’ dan il-kuntratt għal Triq Ħal Far ħmistax biss wara li nfetħu 16-il kilometru ta’ toroq ġodda finanzjati mill-Ħames Protokoll Taljan jkompli jixhed l-impenn tal-Gvern li jkompli jtejjeb in-network ta’ toroq bi pjan serju u fit-tul li jisfrutta l-fondi kollha disponibbli u li jagħti l-aqwa valur għall-flus. Dan il-kuntratt huwa biss l-ewwel minn sitta ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea li ser jingħataw fil-gimgħat li ġejjin għall-bini ta’ total ta’ 12.5 kilometri ta’ toroq ġodda. Fil-fatt bħal issa riesaq lejn tmiemu wkoll l-proċess t’aġġudikazzjoni tal-kuntratt għall-bini mill-ġdid ta’ Vjal l-Avjazzjoni Ċivili f’Ħal Luqa li tgħaqqad ir-roundabout tat-terminal ta’ l-ajruport mar-roundabout tat-terminal l-antik, jiġifieri fejn jibdew it-toroq li nbnew mill-Protokoll Taljan.
Danil-kuntratt jixhed ukoll l-għaqal tal-poplu Malti li għażel li jsieħeb lil Malta fl-Unjoni Ewropea. Li kieku dan ma seħħx, proġett ta’ dan id-daqs kien ikolli jitħallas kollu kemm hu minn but il-poplu.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow