Left arrow Mur Lura

Titjib fil-livell edukattiv huwa titjib fl-abilta` imprenditorjali taghna

pr1504
Date Icon 18/10/2005

“Irridu naraw f’pajjiżna aktar persuni li jkomplu l-istudji tagħhom.  Dan, fl-isforz biex pajjiżna jkun kompetittiv ma’ pajjiżi oħra.  Hekk jirnexxielu jkollu ekonomija deskritta bħala “knowledge-based economy”, jiġifieri ekonomija li hija magħmula minn operaturi li kapaċi jisfruttaw aħjar l-informazzjoni u t-teknoloġija f’kull qasam tan-negozju u tax-xogħol.  Meta jkollna l-istudenti tagħna jħabirku u mgħejjuna biex jiżviluppaw aktar il-ħiliet tagħhom, permezz ta’ kontinwazzjoni ta’ l-istudji tagħhom fl-iskejjel sekondarji, post-sekondarji kif ukoll fl-universita`, f’pajjiżna nkunu qegħdin inkabbru l-kapaċita` kompetittiva ta’ l-attivita` kummerċjali tagħna.”  Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, waqt żjara li ghamel  fl-Istitut tan-Negozju u l-Kummerċ tal-Kullegg ta’ l-MCAST.  

Skond statistika li tat informazzjoni rigward il-background edukattiv ta’ sidien ta’ negozji self-employed, u persuni  oħra li jaħdmu għal rashom, li f’Settembru 2003 kienu jlaħħqu 21,300, huwa nteressanti li wieħed jinnota li 4,952, jiġifieri 23.2% tas-self employed kollha, kienu temmew biss l-iskola primarja.  11,585 persuna oħra, 54.4% mit-total, daħlu fin-negozju wara li temmew l-iskola sekondarja.  Mill-21,300 self-employed, kienu 2,693 persuna, jiġifieri 12.6% li temmew l-iskola post-sekondarja.  In-numru ta’ dawk il-persuni li llum huma self-employed u li spiċċaw l-edukazzjoni terzjarja huwa ta’ 2,070  jew ahjar 9.7%.  

“Din l-informazzjoni, minkejja li titratta s-sitwazzjoni kif kienet f’Settembru 2003, għadha indikazzjoni ċara ta’ x’inhi l-abilta` edukattiva tas-self employed tagħna.  

“L-isfida tagħna, bħala Gvern, u bħala ekonomija, hija li naraw li jonqos in-numru ta’ dawk li jidħlu fid-dinja tan-negozju u l-kummerċ wara li jkunu attendew biss l-iskola primarja u jiżdied in-numru ta’ dawk li jidħlu fid-dinja tal-kummerċ wara li jkunu komplew l-istudji tagħhom sa livell terzjarju.  

“Aktar ma jkollna f’pajjiżna persuni li jidħlu għall-esperjenza tal-kummerċ u n-negozju wara li jkunu spiċċaw l-istudji tagħhom f’kulleġġi speċjalizzati, bħalma huma l-MCAST u l-Universita`, aktar inkunu kapaċi noħolqu diversifikazzjoni fil-kummerċ eżistenti, u għaldaqstant nkunu qegħdin inkabbru l-attivita` kummerċjali fuq dak li nkunu qegħdin nagħmlu fil-preżent.”  

Fil-laqgħa li kellu ma’ l-istudenti, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, qal li huwa l-impenn tas-Segretarjat tiegħu li jara li jwassal dan il-messaġġ lill-istudenti fl-iskejjel sekondarji u post-sekondarji sabiex dawn l-istudenti jagħmlu ħilithom kollha biex ikomplu jiżviluppaw l-abbilita` edukattiva tagħhom għaliex fuq il-kapaċitajiet tagħhom ser ikun mibni s-suċċess ta’ l-attivita` kummerċjali ta’ pajjiżhom.  Din il-laqgħa hija waħda minn sensiela ta’ laqgħat li s-Segretarju Parlamentari qiegħed jagħmel f’diversi kulleġġi ta’ l-MCAST u skejjel oħra.  L-Onor. Edwin Vassallo wiegħed ukoll li “ser nara li nkun qrib l-istudenti fil-kulleġġi ta’ l-MCAST li qegħdin fl-aħħar sena tagħhom, biex dawn tingħatalhom l-informazzjoni neċessarja rigward xi jkunu jeħtieġu kemm-il darba jkunu jridu jibdew l-esperjenza tax-xogħol tagħhom fis-settur kummerċjali bħala sidien tan-negozji tagħhom.”  

LIVELL

Nu.

%

Primarju

4,952

23.3

Sekondarju

11,585

54.4

Post-Sekondarju

2,693

12.6

Terzjarju

2,070

9.7

Total

21,300

100.0

Table 1 .  Sors NSO 2003

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow