Left arrow Mur Lura

Modernizzar fl-Outpatients DEpartment tal-Psikjatrija fl-Isptar San Luqa

pr1503
Date Icon 18/10/2005
Is-servizz li jingħata fis-PsychiatricOutpatiens (POP) huwa strumentali biex numru ta’ pazjenti b’mard mentali ma jkollhomx il-ħtieġa li jiġu rikoverati fl-isptar Monte Carmeli.  Dan is-servizz issa se jibda jingħata ukoll f’ambjent modern li għandu jgħin lill-istess pazjenti  fil-kura li huma jirċievu. It-taqsima tal-Out Patients tal-Psikjatrija hija ħolqa importanti fil-qafas tas-servizzi ta’ kura mentali li jingħataw fil-komunità.
Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa,l-Anzjani u Kura fil-Komunità, Louis Deguara meta kien qiegħed jinawgura l-Psychiatric Outpatients fl-isptar San Luqa, wara li sar xogħol estensiv ta’ modernizzar.
Il-kura tal-mard mentali llumqed tingħata fejn hu possibbli barra mill-isptar Monte Carmeli.  Illum hemm struttura: il-Community Mental Health Services li x-xogħol taghħa hu li tipprovdi servizzi minn numru ta’ Ċentri tas-Saħħa fejn pazjenti jingħataw kura minn team multi-dixxiplinarju.  Il-kura fil-komunità għandha żewġ għanijiet:

·     jiġi offrut ‘support’  lill-pazjenti li jkunu ħadu l-kura fl-isptar biex ma jerġgħux jidħlu, u

·     biex jingħata ‘support’ lil dawk li jsofru b’mard mentali ħalli ma jkollhomx bżonn li jiġu rikoverati fl-isptar.   

Għalkemmil-POP tinsab fl-isptar San Luqa, din taqa’ direttament taħt ir-responsabiltà tat-tmexxija ta’ l-isptar Monte Carmeli.  Kull ġimgħa, mijiet  ta’ pazjenti b’mard mentali, permezz ta’ appuntament, jirrikoru fl-outpatients fejn is-servizz jingħata minn għadd ta’ professjonisti bħal ma huma l-konsulenti, tobba, social workers, psikoloġi u l-infermiera.  Permezz ta’ dawn it-teams ta’ professjonisti, il-pazjent ikun jista’ jirċievi medda wiesa ta’ servizzi li jgħinuh jgħix ħajja indipendenti fil-komunità.
F’dinit-taqsima ta’ l-outpatients, pazjenti li qatt ma ġew rikoverati fl-isptar ikunu jistgħu jibqgħu jieħdu l-kura bla ma jkollhom il-ħtiega li jiġu rikoverati.
B’hekkjiġu evitati dawk il-konsegwenzi kollha, bħal telf ta’ impjieg u problemi familjari, li pazjenti li jagħmlu żmien twil ġo xi sptar, ikollhom iħabbtu wiċċhom magħhom, qal il-Ministru Deguara.
F’dawnl-aħħar ġimgħat fil-POP ġiet introdotta sistema ta’ appuntamenti li qegħda tnaqqas ħafna mill-ħin li pazjenti jkollhom jistennew biex jinqdew.  Kontra ta’ kif kien isir qabel, il-pazjenti issa qed jingħataw ħin speċifiku sabiex jiltaqgħu mal-konsulent tagħhom.  Min-naħa ta’ l-amministrazzjoni, qed isir sforz biex il-ħinijiet ta’ l-appuntamenti jinżammu u b’hekk titnaqqas l-istennija.
Il-MinistruDeguara filwaqt li rringrazzja lil min għamel ix-xogħol ta’ modernizzar, feraħ lit-tmexxija ta’ l-isptar Monte Carmeli li f’dawn l-aħħar snin ħadem bis-sħih biex setgħet saret qabża fil-kwalità tas-servizzi tal-kura mentali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow