Modernizzar fl-Outpatients DEpartment tal-Psikjatrija fl-Isptar San Luqa
pr1503
18/10/2005
| Is-servizz li jingħata fis-Psychiatric | Outpatiens (POP) huwa strumentali biex numru ta’ pazjenti b’mard mentali ma jkollhomx il-ħtieġa li jiġu rikoverati fl-isptar Monte Carmeli. Dan is-servizz issa se jibda jingħata ukoll f’ambjent modern li għandu jgħin lill-istess pazjenti fil-kura li huma jirċievu. It-taqsima tal-Out Patients tal-Psikjatrija hija ħolqa importanti fil-qafas tas-servizzi ta’ kura mentali li jingħataw fil-komunità. |
| Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa, | l-Anzjani u Kura fil-Komunità, Louis Deguara meta kien qiegħed jinawgura l-Psychiatric Outpatients fl-isptar San Luqa, wara li sar xogħol estensiv ta’ modernizzar. |
| Il-kura tal-mard mentali llum | qed tingħata fejn hu possibbli barra mill-isptar Monte Carmeli. Illum hemm struttura: il-Community Mental Health Services li x-xogħol taghħa hu li tipprovdi servizzi minn numru ta’ Ċentri tas-Saħħa fejn pazjenti jingħataw kura minn team multi-dixxiplinarju. Il-kura fil-komunità għandha żewġ għanijiet: |
· jiġi offrut ‘support’ lill-pazjenti li jkunu ħadu l-kura fl-isptar biex ma jerġgħux jidħlu, u
· biex jingħata ‘support’ lil dawk li jsofru b’mard mentali ħalli ma jkollhomx bżonn li jiġu rikoverati fl-isptar.
| Għalkemm | il-POP tinsab fl-isptar San Luqa, din taqa’ direttament taħt ir-responsabiltà tat-tmexxija ta’ l-isptar Monte Carmeli. Kull ġimgħa, mijiet ta’ pazjenti b’mard mentali, permezz ta’ appuntament, jirrikoru fl-outpatients fejn is-servizz jingħata minn għadd ta’ professjonisti bħal ma huma l-konsulenti, tobba, social workers, psikoloġi u l-infermiera. Permezz ta’ dawn it-teams ta’ professjonisti, il-pazjent ikun jista’ jirċievi medda wiesa ta’ servizzi li jgħinuh jgħix ħajja indipendenti fil-komunità. |
| F’din | it-taqsima ta’ l-outpatients, pazjenti li qatt ma ġew rikoverati fl-isptar ikunu jistgħu jibqgħu jieħdu l-kura bla ma jkollhom il-ħtiega li jiġu rikoverati. |
| B’hekk | jiġu evitati dawk il-konsegwenzi kollha, bħal telf ta’ impjieg u problemi familjari, li pazjenti li jagħmlu żmien twil ġo xi sptar, ikollhom iħabbtu wiċċhom magħhom, qal il-Ministru Deguara. |
| F’dawn | l-aħħar ġimgħat fil-POP ġiet introdotta sistema ta’ appuntamenti li qegħda tnaqqas ħafna mill-ħin li pazjenti jkollhom jistennew biex jinqdew. Kontra ta’ kif kien isir qabel, il-pazjenti issa qed jingħataw ħin speċifiku sabiex jiltaqgħu mal-konsulent tagħhom. Min-naħa ta’ l-amministrazzjoni, qed isir sforz biex il-ħinijiet ta’ l-appuntamenti jinżammu u b’hekk titnaqqas l-istennija. |
| Il-Ministru | Deguara filwaqt li rringrazzja lil min għamel ix-xogħol ta’ modernizzar, feraħ lit-tmexxija ta’ l-isptar Monte Carmeli li f’dawn l-aħħar snin ħadem bis-sħih biex setgħet saret qabża fil-kwalità tas-servizzi tal-kura mentali. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947