Jitfakkar il-Jum Dinji ta’ l-ikel
pr1498
16/10/2005
| Malta | tingħaqad mal-kumplament tad-dinja biex tfakkar il-Jum Dinji ta’ l-Ikel li jiġi ċċelebrat fis-16 ta’ Ottubru. Il-Jum Dinji ta’ l-Ikel ikun organizzat kull sena mill-Organizzazzjoni għall-Ikel u l-Agrikoltura, il-FAO, tan-Nazzjonijiet Uniti. It-tema magħżula għal din is-sena hija “Agriculture and intercultural dialogue”. F’messaġġ ta’ l-okkażjoni, is-Segretarju Parlamentari responsabli mill-Biedja u Sajda Dr Francis Agius qal li Malta hija pajjiz li hija awtur ta’ solidarjeta’ fejn tidħol karita’ lejn pajjizi inqas ixxurtjati minna. Dr. Agius spjega kif għall-grazzja t’Alla l-ikel mhux nieqes minn pajjiżna u kif qegħdin dejjem nersqu lejn żmien fejn iktar napprezzaw lill-bdiewa tagħna kif ukoll il-biedja tagħna. |
| Dr | Agius spjega kif il-Gvern huwa mpenjat li jkompli jgħin lil dan is-settur biex ikun iktar kompettitiv u biex jaġġorna ruħu maż-żminijiet. Dr Agius qal li l-idea tal-jum dinji ta’ l-ikel hi politika favur iz-żgħir, favur il-paċi, favur l-ilma u r-riżorsi naturali, favur l-ambjent, favur ikel iktar bnin u naturali. Hija favur il-bniedem biex ma jinqalax mill-għeruq nativi tiegħu, biex ma jabbandunax l-art li sawritu, il-metodi tat-tkabbir tradizzjonali, u produzzjoni b'metodi naturali. Żgur li din hija inizjattiva li l-Gvernijiet għandhom jirrispondi għaliha bl-aħjar mod possibbli. |
| Anki | fl-Ewropa fejn fuq il-biedja jintefqu biljuni ta’ Euros tas-sussidji, l-maġġoranza tal-produtturi huma zgħar, hemm lok li jkunu mħajra, fejn hu possibbli mgħejjuna biex l-attivita' ekonomika tagħhom tibqa vijabbli. Wieħed ma jridx iħares biss lejn parti mill-proċess imma lejn l-intier kollu tiegħu. Għalhekk l-ikel li hu l-prodott finali li aħna nikkonsmaw, hu importanti. |
| Hawn | ukoll fejn jidħol il-konsumatur, sostna Dr Agius, li sfortunatament mhux dejjem ikun mgħarraf sew x'qed jixtri. Is-sabiħ u t-tama tal-futur hawn qegħda. Il-konsumatur għandu l-għazla finali. Jekk il-konsumatur mhux se jixtri bil-għaqal se jħallas għal prodotti mhux ġenwini, li se jagħmlulu ħsara doppja: waħda f'saħħtu u fl-oħra darba għal dejjem se joqtol produttur li kien jagħmel ikel tajjeb għas-saħħa u għal ambjent. L-attivita’ dalghodu kienet tinkludi Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr, ċerimonja ta’ għoti ta’ midalji lil persuni mill-oqsma ta’ l-agrikoltura u tas-sajd, u tqassim ta’ għotjiet ta’ l-ikel lill-għaqdiet tal-karita’. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947