Left arrow Mur Lura

ARTIST LI GĦAMLILNA UNUR F’PAJJIŻNA U BARRA

pr1497
Date Icon 15/10/2005
AlfredChircop hu wieħed mill-artisti ewlenin Maltin li tul is-snin żviluppa l-arti figurattiva jew astratta f’varjeta’ teknika u ta’ media differenti fix-xogħlijiet tiegħu.
Chircopstudja fil-Malta School of Art, fl-Accademia Pietro Vannucci f’Perugia, fil-Bath Academy of Art f’Corsham ir-Renju Unit u fl-Accademia di Belle Arti f’Ruma. Chircop tella’ waħdu 28 wirja f’Malta u f’diversi galleriji ta’ l-arti barra pajjiżna, fosthom f’Ruma, Londra, Oslo , Toronto , Praga , Bremen u Berlin . Barra minn hekk ipparteċipa f’56 wirja kollettiva f’Malta u Ruma, Londra, Edinburgh, Nottingham, fi bliet Ġermaniżi u Franċiżi, fil-Bulgarija, Tunes, l-Istati Uniti, Libanu, Eġittu, UAE, Polonja u Ġinevra. Ix-xogħlijiet tiegħu jinstabu wkoll f’kollezzjonijiet privati u pubbliċi f’Malta u Italja, Ingilterra, Irlanda, Olanda, Awstralja, Svizzera, Ġermanja, Franza, Libja, Svezja, Norveġja, Stati Uniti u Amerika t-Isfel.
Fl-1990Alfred Chircop ingħata l-Gold Medal Premio Città di Valletta u fl-1995 rebaħ l-Ewwel Premju fil-Pittura u l-Ewwel Premju fil-Watercolour fl-Ewwel “Malta International Biennale”. Fl-1998 ingħata n-National Order of Merit, M.O.M. b’rikonoxximent għall-kontribuzzjoni tiegħu għall-arti f’Malta.
Fl-okkażjonitas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea Alfred Chircop kien mistieden biex jirrapreżenta li Malta f’wirja ta’ xogħlijiet tiegħu. Fl-istess perijodu pparteċipa fis-Salon International tal-belt ta’ La Rochelle fi Franza fejn ingħata l-Grand Prix u l-Grand Medal tal-belt ta’ La Rochelle , l-uniku artist li ngħata unur doppju.  Hu ngħata wkoll l-Prix Groupama fis-Salon International de Nantes.  Hu jirrapreżenta lil Malta fil-“Hope and Optimism Portfolio” proġett ta’ l-arti globali fejn għandu xogħlijiet fil-Heynits Castle  Art Centre, f’Namibia.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech, linawgura wirja ta’ xogħlijiet ta’ Alfred Chircop fil-Berga ta’ l-Italja, il-belt Valletta qal li artisti bħal Alfred Chircop kienu jagħmlu unur lil Malta u kienu ambaxxaturi denji tal-kultura u l-arti Maltija. Hu qal li x-xogħlijiet li għandu Chircop mxerrda f’kollezzjonijiet f’diversi pajjiżi tad-dinja kienu l-aqwa reklam għal Malta .
“Bħalissaf’pajjiżna qed jittellgħu diversi wirjiet ta’ artisti Maltin u barranin. Il-Gvern ta l-mezzi biex dawn l-artisti jistgħu juru x-xogħlijiet tagħhom f’diversi galleriji f’postijiet pubbliċi li f’dawn l-aħħar snin żdiedu biex illum jinkludu il-Kavallier ta’ San Gakbu , il -bitħa mgħottija tat-Teatru Manoel, il-kuriduri ta’ Heritage Malta u l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura. Anke s-settur privat kien qed jikkontribwixxi f’dawn il-wirjiet u eżempju ta’ dan kienu l-wirjiet li qed isiru fl-imħażen restawrati tal-Valletta Waterfront u ta’ Xatt il-Birgu fejn qed jitwettaq il-proġett tal-Kottonera,” qal il-Ministru Francis Zammit Dimech.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li minn dan ir-rinaxximent kulturali u artistiku ġdid f’pajjiżna kien qed igawdi l-poplu Malti u s-settur turistiku. Hu qal li n-niċċa kulturali fis-settur turistiku kienet bla dubbju ta’ xejn tgawdi minn attivitajiet bħal dawn li jattiraw viżitaturi barranin li jkunu fostna biex jkattru l-għerf tagħhom dwar il-wirt ta’ pajjiżna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow