Is-Sukkursu tas-Salini jerġa’ jibda jieħu l-ħajja
pr1494
14/10/2005
| Problema | li ilha teżisti bosta snin fl-inħawi tas-Salini qeda tiġi affrontata permezz ta’ proġett immirat li jipprevjeni l-għargħar fl-inħawi, jnaqqas l-irwejjaħ u fuq kollox jerġa’ jagħti l-ħajja lil dan is-Sukkursu. Wara li fl-2004 tnaddfet l-ewwel parti tal-kanal, fl-aħħar xhur beda ix-xogħol tad-dredging tat-tieni nofs. |
| Il-Ministru | għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, Ninu Zammit żar dawn ix-xogħlijiet li qed jitwettqu minn kuntrattur privat. Huwa spjega d-diversi skopijiet ta’ dan il-proġett tant importanti għal din iż-żona ta’ Malta. L-iskop prinċipali huwa li terġa’ tinfetaħ mill-ġdid il-korsa ta’ l-ilma li kienet imblukkata bil-ħama, alka u skart. Dan għandu jwassal sabiex terġa’ tiġi stabbilita ċirkulazzjoni naturali ta’ l-ilma. Il-Ministru tenna li se jsir xogħol ta’ restawr tal-ħitan li jiffurmaw il-kanal eżistenti ħalli finalment dan il-post iservi bħala lok ta’ rikreazzjoni u sports. |
| Il-ħama | u l-alka li qeda’ tittella mill-kanal qed titpoġġa fi braken żgħar li jidħlu fil-kanal. Dan il-materjal qiegħed imbagħad jiġi depożitat f’żona magħżula apposta fil-baħar. S’issa diġa’ tħammlu u nġabru 14,000 metru kubu. Qed isir kull sforz sabiex ikun hemm l-inqas inkonvenjent possibli lill-pubbliku. Għal dan il-għan, l-inġenji qed jitħaddmu minn fuq it-triq sekondarja li hemm man-naħa tas-Salini. It-tul tal-kanal li diġa’ ġie mħammel jilħaq it-800 metru. |
| Matul | dan is-Sajf, it-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastrattura wettqet xogħlijiet ta’ tħejjija sabiex is-sena d-dieħla jerġa’ jinbena il-wied ta’ Burmarrad. Diġa’ tlestew mijiet ta’ forom tal-konkos (precasting units) li se jkunu qed jiffurmaw dan il-kanal. |
| Fl-aħħarnett, | il-Ministru Ninu Zammit tenna li x-xogħlijiet kollha relatati mal-prevenzjoni mill-għargħar mwettqa fl-aħħar sentejn, diġa’ bdew iħallu l-frott imma fadal ħafna xi jsir ukoll. Xogħol li sa fejn huwa possibbli qed jitwettaq kollu minn ħaddiema tal-Gvern b’makkinarju u inġenji tal-Gvern. Dan sabiex jiġu utilizzati bl-aħjar mod possibli r-riżorsi kollha li għandu dan il-Ministeru. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947