Twissija mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika dwar tpinġija magħrufa bħala Henna
pr1492
14/10/2005
| Id-Dipartiment tas-Saħħa | Pubblika jixtieq javża lill-pubbliku li d-Dipartiment investiga r-rapporti li dehru fuq il-mezzi tax-xandir u l-ilmenti sussegwenti fuq reazzjonijiet allerġiċi, allegatament ikkawzati minn din it-tpinġija. Il-pubbliku qed jiġi nfurmat li dawn l-allerġiji setgħu kienu riżultat ta’ kimika bl-isem para-phenylenediamine (PPD), li tinstab f’ċertu tip ta’ “henna”. |
| Is-Scientific | Committee on Cosmetic Products and Non-Food Products intended for Consumers (SCCNFP) tal-Kummissjoni Ewropea huwa ta’ l-opinjoni illi meta l-PPD jintuża’ fuq il-ġilda, dan jista’ jikkawża ‘active sensitisation’ fil-ġilda fi ftit ġimgħat, kif wkoll, reażżjoni qawwija. |
| Barra | minn hekk, l-Unjoni Ewropea qed tikkunsidra li tirregola l-użu ta’ din il-kimika. |
| Minħabba f’hekk, kull | persuna li tikkonsidra biex tagħmel din it-tip ta’ tpinġija, għandha tiċċekkja t-tikketta tal-prodott qabel l-użu. Jekk PPD huwa prezenti fuq it-tikketta, il-pubbliku m’għandux japplika dan il-prodott. Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika qed jikkunsidra l-aħjar mod kif għandu jirregola din it-tip ta’ tpinġija. |
| Kull min jixtieq aktar | informazzjoni fuq dan is-suġġett, huwa mitlub iċempel lid-Dipartiment fuq in-numru tat-telefon: 2133 7333, bejn it-8.00 a.m. u s-2.00 p.m. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947