Left arrow Go Back

Twissija mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika dwar tpinġija magħrufa bħala Henna

pr1492
Date Icon 14/10/2005
Id-Dipartiment tas-SaħħaPubblika jixtieq javża lill-pubbliku li d-Dipartiment investiga r-rapporti li dehru fuq il-mezzi tax-xandir u l-ilmenti sussegwenti fuq reazzjonijiet allerġiċi, allegatament ikkawzati minn din it-tpinġija.  Il-pubbliku qed jiġi nfurmat li dawn l-allerġiji setgħu kienu riżultat ta’ kimika bl-isem para-phenylenediamine (PPD), li tinstab f’ċertu tip ta’ “henna”.
Is-ScientificCommittee on Cosmetic Products and Non-Food Products intended for Consumers (SCCNFP) tal-Kummissjoni Ewropea huwa ta’ l-opinjoni illi meta l-PPD jintuża’ fuq il-ġilda, dan jista’ jikkawża ‘active sensitisation’ fil-ġilda fi ftit ġimgħat, kif wkoll, reażżjoni qawwija.
Barraminn hekk, l-Unjoni Ewropea qed tikkunsidra li tirregola l-użu ta’ din il-kimika.
Minħabba f’hekk, kullpersuna li tikkonsidra biex tagħmel din it-tip ta’ tpinġija, għandha tiċċekkja t-tikketta tal-prodott qabel l-użu.  Jekk PPD huwa prezenti fuq it-tikketta, il-pubbliku m’għandux japplika dan il-prodott. Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika qed jikkunsidra l-aħjar mod kif għandu jirregola din it-tip ta’ tpinġija.
Kull min jixtieq aktarinformazzjoni fuq dan is-suġġett, huwa mitlub iċempel lid-Dipartiment fuq in-numru tat-telefon: 2133 7333, bejn it-8.00 a.m. u s-2.00 p.m.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow