Quality Service Charters għad-Direttorat ta’ l-Operations u d-Direttorat ta’ l-Informazzjoni u Servizz lill-Klijent fi ħdan id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni
pr1491
14/10/2005
| L-iskop | tal-Gvern li s-servizz ċivili jopera permezz ta’ ‘Quality Service Charters’ hu li jassigura li l-pubbliku dejjem jingħata servizz tajjeb f’waqtu; u fejn jinħtieġ informazzjoni korretta u aġġornata. Is-servizz pubbliku qiegħed hemm għall-konvenjenza tal-klijent li bir-raġun jistenna li jkun moqdi b’kortesija, effiċjenza u interess. Dan qalu l-Ministru Censu Galea waqt it-tnedija ta’ żewġ quality service charters fid-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni. |
| Dawn | ic-charters jispjegaw eżattament ir-responsabbiltajiet u s-servizzi li joffru d-Direttorat ta’ l-Operations u d-Direttorat ta’ l-Informazzjoni u Servizz lill-Klijent. Permezz ta’ dawn ic-charters iż-żewġ direttorati qegħdin jintrabtu li jipprovdu servizz ta’ kwalita’ u fil-ħin. |
| Mil-lum | ’il quddiem il-klijenti ta’ din id-Diviżjoni ser ikunu jafu eżattament it-tul ta’ żmien li fih għandhom jirċievu risposta dwar xi servizz li jkunu talbu jew ilmenti li jkunu għamlu. Id-dettalji tas-servizzi li joffru dawn iż-żewġ direttorati jinsabu f’fuljett li huwa miktub b’mod ċar, bil-Malti u bl-Ingliż biex b’hekk jinfthiemu minn kulħadd. |
| Iċ-Charter jistieden ukoll lill-klijenti biex jagħtul-opinjoni tagħhom dwar is-servizz li jkunu ngħataw sabiex b’dan | il-mod id-direttorat konċernat ikun jista’ jagħraf aħjar il-bżonnijiet tal-klijenti tiegħu. Il-Ministru Galea kompla li n-nies li nservu għandhom dritt għal servizzi ta’ kwalita’, servizzi li huma konvenjenti għalihom u servizzi li jkunu ko-ordinati u effiċjenti. |
| Id-Direttorat | ta’ l-Operations huwa responsabbli fost affarijiet oħra mis-sigurta’ tal-prodotti li jkunu fis-suq, kif ukoll li jassiguraw li jkun hemm indikazzjoni tal-prezzijiet fuq il-prodotti esposti għall-bejgħ. Minn naħa l-oħra d-Direttorat Informazzjoni u Servizz lill-Klijent hu responsabbli li jipprovdi kampanja informattiva u edukattiva biex jara li kemm il-konsumaturi kif ukoll in-negozjanti jkunu jafu dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom taħt il-liġijiet varji li jirrigwardaw il-konsumatur. Dan id-Direttorat għandu wkoll id-dmir li jirreġistra l-ilmenti tal-konsumaturi u jipprova jilħaq ftehim amikevoli bejn il-konsumaturi u n-negozjanti. |
| Permezz | ta’ dawn iż-żewġ charters id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni qiegħed jagħmilha aktar faċli biex il-pubbliku jikseb l-informazzjoni li jkollu bżonn, jibqa’ aġġornat dwar id-drittijiet tiegħu, u jipprovdi mezzi biex persuna tagħmel ilment f’każ li d-drittijiet tagħha bħala konsumatur ma jiġux rispettati. Dan għandu jgħin biex il-pubbliku jkabbar il-fiduċja tiegħu fid-Diviżjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni u l-operat tagħha, u b’hekk fis-servizz ċivili kollu, temm igħid il-Ministru għall-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947