DISKORS MILL-ONOR. JESMOND MUGLIETT, MINISTRU GĦALL-IŻVILUPP URBAN U TOROQ, MATUL IL-FTUĦ TAL-ĦAMES WORKSHOP ANNWALI TAS-SACES – MANOEL ISLAND – 14 TA’ OTTUBRU 2005
pr1490
14/10/2005
| Nixtieq | nibda billi nesprimi s-sodisfazzjoni tiegħi li għal darb’oħra SACES għażlet sit li jagħmel parti minn proġett ta’ żvilupp urban għall-workshop ta’ din is-sena. Is-sena li għaddiet, ir-raba’ edizzjoni tal-workshop kienet saret fis-sit tal-Cruise Liner Passenger Terminal. Illum qegħdin fil-bini tal-Lazzarett fis-sit tal-proġett tal-MIDI. |
| Naħseb | li huwa sinifikanti ħafna li l-għaqda ta’ l-istudenti ta’ l-arkitettura dejjem tagħżel li ttella’ attività bħal din propju fil-qalba ta’ l-akbar proġett ta’ żvilupp urban li qatt ra f’pajjiżna. Dan is-sit huwa idejali sabiex ikunu esplorati żewġ sfidi ewlenin f’kull proġett ta’ żvilupp – kif żvilupp jgħaqad mal-kuntest li jkun fih u t-tieni sfida kif żvilupp isir b’mod komprensiv. Fil-proġetti ta’ riġenerazzjoni li għaddejjin bħal issa, dawn l-isfidi qed jiġu ffaċċjati b’suċċess. |
| Il-proġett | ta’ Manoel Island u Tignè Point huwa eżempju ċar ta’ kif prattiċi moderni ta’ diżinn, kostruzzjoni u restawr u anke marketing jistgħu jwasslu għar-riġenerazzjoni ta’ żoni sħaħ. L-integrazzjoni ta’ dawn l-aspetti kollha qed twassal biex il-ponta ta’ Tignè mhux biss tingħata ħajja ġdida, iżda issir mudell ta’ kif żvilupp serju jista’ jwassal għal titjib fil-kwalità tal-ħajja. |
| L-iżvilupp | fil-Ponta ta’ Tignè miexi b’ritmu mgħaġġel. Intant miexi ġmielu wkoll ir-restawr ta’ Forti Manoel, ftit ’l bogħod minn hawn. Dan l-aħħar anke beda r-restawr ta’ Forti Tignè. |
| It-tlestija | tad-diversi fażijiet ta’ proġett ta’ skala daqshekk massiva mistennija ġġib bidliet fil-bżonnijiet mhux biss fil-penisola ta’ Tignè, iżda anke fiż-żoni tal-Gżira u tas-Sliema – bidliet f’dak li huma bżonnijiet ta’ servizzi bħal dawl, ilma u drenaġġ, infrastruttura bħall-bżonn ta’ toroq ġodda biex jaqdu ż-żieda mistennija fit-traffiku, u anke bżonn ta’ sistemi ġodda ta’ trasport. Jeżisti wkoll bżonn ta’ landscaping u restawr estensiv, breakwater ġdid u anke wave studies għall-port ta’ Marsamxett. Dawn kollha jagħmlu r-rwol tal-Gvern fl-iżvilupp ta’ din iż-żona wieħed kruċjali. |
| Għalhekk | qed inħarsu lejn din iż-żona b’mod miftuħ anke fid-dawl ta’ proġetti oħra li hemm ippjanati bħal dawk ta’ Qui-si-Sana u x-Chalet u anke l-iżvilupp propost fil-Fort Cambridge Development Brief li l-Awtorità dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ippubblikat f’Settembru. Dawn il-proġetti huma intiżi biex jikkumplimentaw l-iżvilupp li qed isir mill-MIDI plc f’Tignè biex ikun hemm riġenerazzjoni ħolistika ta’ din iż-żona. |
| F’dan | l-isfond il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq bħal issa għaddej bi tħejjijiet biex isir xogħol estensiv ta’ tisbiħ madwar ix-xatt tal-penisola ta’ Tignè. Dan ix-xogħol ser ikun jikkonsisti fl-estensjoni tal-landscaping tul Qui-si-Sana u l-Ponta ta’ Tignè biex dan jgħaqad mal-landscaping li tlesta matul Triq it-Torri. |
| Dan | kollu ser ikun qed iseħħ delwaqt hekk kif il-proġett tal-MIDI jibda jagħqad. L-ewwel residenti diġà daħlu fil-Clock Tower Block li għadda f’idejn il-Gvern ftit tax-xhur ilu, filwaqt li l-ewwel binjiet li jiffurmaw Tignè South bdew jitlestew. Fil-fatt ir-residenti tal-blokok T4 u T7 ser jibdew jidħlu fl-appartamenti tagħhom lejn nofs is-sena d-dieħla. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947