Left arrow Mur Lura

ID-DEĊIŻJONI DWAR PARENTS’ DAY WAĦDA TIEĦDET FL-AĦJAR INTERESS TAT-TFAL

pr1488
Date Icon 14/10/2005
Id-Diviżjonita’ l-Edukazzjoni tinnota l-istqarrija tal-Partit ta’ l-Oppożizzjoni dwar in-nofs ta’ nhar Parents’ Day ta’ Novembru fl-iskejjel Primarji.
Id-Diviżjonita’ l-Edukazzjoni terfa’ r-responsabbilta’ tad-deċiżjoni li ssir Parents’ Day waħda matul s-sena skolastika u tiġbed l-attenzjoni li din hi materja u deċiżjoni tagħha u mhux tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni. Il-Kapijiet ta’ l-Iskejjel ġew infurmati ukoll li d-deċiżjoni meta ssir il-Parents’ Day hi ta’ l-iskola, iżda din m’għandhiex tiġi organizzata qabel nofs Novembru.  Id-Diviżjoni spjegat ukoll lill-kapijiet ta’ l-iskejjel ir-raġuni wara din id-deċiżjoni.  It-tibdil qed isir biex jiżdied il-ħin tat-tagħlim għat-tfal u jiġi ukoll evitat li t-tfal jintbagħtu d-dar. Dan it-tibdil bl-ebda mod ma’ jeskludi jew inaqqas id-dritt u l-obbligu tal-ġenituri li jiltaqgħu u jiddiskutu l-progress tat-tfal meta jkun hemm bżonn.
Wieħed irid ifakkar li llum fl-iskejjel primarji daħlet il-prattikali fil-bidu tas-sena skolastika l-ġenituri qed ikollhom l-opportunità li jiltaqgħu mal-kap ta’ l-iskola u ma’ l-għalliema tal-klassi biex jiddiskutu l-pjan ta’ ħidma edukattiva u x’inhu mistenni mill-għalliema u t-tfal fil-klassi partikolari matul is-sena skolastika. Din il-prattika mhux biss se tinżamm iżda hi inkoraġġita mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni.
Danit-tibdil bl-ebda mod ma jnaqqas mill-awtonomija ta’ l-iskejjel.  Id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, għandha d-dmir li tiggwida lill-iskejjel ta’ l-istat fir-rispett tal-mixja lejn l-awtonomija u dan fl-interess ta’ ulied il-poplu.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow