L-ONOR. EDWIN VASSALLO JKOMPLI BIL-LAQGħAT TA’ KONSULTAZZJONI MA’ SIDIEN TA’ NEGOZJI ZGħAR F’DIVERSI ŻONI NDUSTRIJAli
pr1484
13/10/2005
| Bħalissa, | s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żghar u s-Self Employed Edwin Vassallo qed ikompli bis-sensiela ta’ laqgħat konsultattivi mas-sidien ta’ negozji ta’ diversi Żoni Industrijali. |
| Waqt | laqgħa li l-Onor. Edwin Vassallo kellu ma’ diversi sidien ta’ negozji f’Ħaż-Żebbuġ, ġie propost mill-istess sidien li l-Gvern jikkunsidra li jintroduċi sistema ta’ short-stay parking għaż-żona industrijali fi Triq l-Imdina. |
| Ħafna | sidien ta’ negozji li jinsabu f’din il-parti ta’ Triq l-Imdina qed jgħidu li n-negozju tagħhom jista’ jitjieb jekk tiġi ntrodotta xi tip ta’ restrizzjoni ta’ parkeġġ għal ħin twil quddiem l-istabbilimenti tagħhom. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Vassallo semgħa dak kollu li kien qed jiġi propost u qal li kien ser jikkomunika mas-sidien individwalment u fil-ġranet li ġejjin ser ikun qiegħed iżur l-istabilimenti tagħhom sabiex ikun jista’ jifhem aħjar il-proposti mressqa. L-Onor Vassallo wiegħed lis-sidien li kien ser jagħmel lilu innifsu disponibbli sabiex ikun jista’ jiltaqa’ ma’ l-entitajiet kollha konċernati fejn ikun jista’ jiddiskuti l-aħjar soluzzjoni għall-problema. |
| Huwa | qal li dawn il-laqgħat pubbliċi qed jagħtu l-opportunita’ lil dawk kollha li qed ikunu preżenti li jesprimu suġġerimenti u flimkien jiddiskutu kif jista’ jkun hemm żoni industrijali dejjem aktar organizzati, u fejn huma jkunu jistgħu itejjbu n-negozju tagħhom. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Edwin Vassallo, uffiċjali mis-Segretarjat, persuni mill-iSmall Business and Crafts Directorate, kif ukoll rappreżentanti mill-Federazzjoni ta’ l-Industrija (FOI), qed ikunu preżenti għal dawn il-laqgħat, u qegħdin joffru d-disponibilita’ tagħhom kull meta jiġu mitluba. |
| Ta’ | min jinnota b’sodisfazzjon, li dawn il-laqgħat qed jirnexxielhom ilaqqgħu, għal-ewwel darba, diversi sidien ta’ negozju flimkien, li għalkemm jaħdmu f’żona industrijali waħda, anke minħabba l-aspett kompetittiv, rari kien ikollhom opportunita’ li jiltaqgħu flimkien. |
| B’riżultat | ta’ dawn il-laqgħat, iż-żoni industrijali ta’ l-Imrieħel, il-Ħandaq, il-Mosta, u Ħaż-Żebbuġ, qed jingħataw dehra ferm aktar organizzata. Iżda aktar importanti minn hekk, permezz ta’ din l-inizjattiva, kull sid ta’ negozju li jaħdem minn dawn l-istess żoni, qed tingħatalu l-opportunita’ li jkun jista’ jagħti l-kontribut tiegħu fit-titjib li jkun qed jigi propost. |
| Fost | suġġerimenti oħra mressqa mis-sidien tan-negozji f’Ħaż-Żebbuġ issemmiet il-possibilita’ li jsiru sinjali ndikattivi u pjanta taż-żona, li jgħinu sabiex wieħed ikun jista’ jsib b’mod aktar faċli xi negozju partikolari. Inġibdet l-attenzjoni tas-Segretarju Parlamentari ukoll fuq il-problema ta’ l-ilma tax-xita li qed jinġabar fi triq partikolari, li tinsab fiż-żona industrijali, u li qed toħloq inkonvenjent kemm għall-istess sidien kif ukoll għar-residenti tal-madwar. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947