Left arrow Mur Lura

It-tilqim għall-influwenza ordinarja huwa bla ħlas

pr1483
Date Icon 13/10/2005
Il-Ministerutas-Saħħa jixtieq jerġa jagħmilha ċara li t-tilqima għall-influwenza ordinarja hija b’xejn għal dawk kollha intitolati għaliha, u din ingħatat mingħajr ħlas mid-Diviżjoni tas-Saħħa lill-Kunsilli Lokali li għoġobhom jagħtu dan is-servizz.
Fil-Ministerutas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità daħlu rapporti minn diversi persuni, l-aktar anzjani, fejn qalu li ġew mitluba donazzjoni ta’ 25 ċenteżmu mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Kirkop, meta marru biex jingħataw it-tilqima għall-influwenza ordinarja.
Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani uKura fil-Komunità ħass il-ħtieġa ta’ din il-kjarifika għax bosta nies, fosthom anzjani, instemgħu igergru u jipprotestaw għaliex kienu qegħdin jintalbu l-flus għat-tilqima, meta l-gvern kien qal li t-tilqima ser tingħata b’xejn.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow