It-tilqim għall-influwenza ordinarja huwa bla ħlas
pr1483
13/10/2005
| Il-Ministeru | tas-Saħħa jixtieq jerġa jagħmilha ċara li t-tilqima għall-influwenza ordinarja hija b’xejn għal dawk kollha intitolati għaliha, u din ingħatat mingħajr ħlas mid-Diviżjoni tas-Saħħa lill-Kunsilli Lokali li għoġobhom jagħtu dan is-servizz. |
| Fil-Ministeru | tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità daħlu rapporti minn diversi persuni, l-aktar anzjani, fejn qalu li ġew mitluba donazzjoni ta’ 25 ċenteżmu mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Kirkop, meta marru biex jingħataw it-tilqima għall-influwenza ordinarja. |
| Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u | Kura fil-Komunità ħass il-ħtieġa ta’ din il-kjarifika għax bosta nies, fosthom anzjani, instemgħu igergru u jipprotestaw għaliex kienu qegħdin jintalbu l-flus għat-tilqima, meta l-gvern kien qal li t-tilqima ser tingħata b’xejn. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947