Left arrow Go Back

Diskors mill-Onor. Tonio Fenech, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanżi, waqt seminar organizzat mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika (NSO) dwar l-użu ta’ l-Internet mit-tfal – Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi, l-Belt Valletta

pr1482
Date Icon 13/10/2005
Iż-żiedafl-użu ta’ l-Internet u l-impatt li dan qiegħed u jista’ jħalli fuq it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna huwa suġġet li kuljum qiegħed iżid fl-importanza. L-Internet biddel għal kollox mhux biss il-mod li bih infittxu l-informazzjoni u nagħmlu r-riċerka, imma anke kif nikkomunikaw ma’ xulxin u saħansitra, hawn min jgħid, il-mod kif naħsbu. Tant hu hekk, li ħafna huma dawk il-fora ta’ diskussjoni li qed jieħdu spunt minn dan il-medium u l-implikazzjonijiet tiegħu għas-socjetà in ġenerali.
L-użuta’ l-Internet iħalli effetti ekonomiċi kif ukoll soċjali u kulturali. Illum f’Malta, il-proporzjon ta’ djar li għandhom aċċess għall-Internet laħaq il-50 fil-mija f’perjodu ta’ sentejn. L-istatistika  turi wkoll li aktar u aktar familji qegħdin jitilqu mill-idea ta’ dial-up u jaqilbu għall-broadband.
In-Nethu interattiv b’mod li t-televiżjoni, ir-radju u l-gazzetti qatt ma jistgħu jkunu. Dan il-fattur huwa parti mill-attrazzjoni ta’ dan il-mezz ta’ komunikazzjoni, u għandhu potenzjal kbir biex it-tfal ikunu avventurużi u kreattivi. Diversi stħarriġ ukoll qed juri li, minn ftit eluf fl-1995, in-numru ta’ siti ta’ l-Internet illum jgħodd mal-miljuni. Din hija ħaġa tajba, iżda bħal kull ħaġa tajba, l-Internet għandu l-perikli tiegħu. Għaldaqstant, nies u awtoritajiet f’diversi oqsma kemm edukattivi u soċjali kif ukoll teknoloġiċi għandhom raġun jesprimu ċerti dubbji rigward l-użu ta’ l-Internet mit-tfal.
L-istudjuta’ l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika huwa proġett li jirrifletti l-attwalità tagħna llum. L-interattività u l-libertà li huma sinonimi ma’ l-Internet ifissru li t-tfal fl-etajiet ta’ bejn it-tmin snin u l-ħmistax-il sena jistgħu faċilment ikollhom aċċess għall-materjal razzist u vjolenti u għall-pornografija. L-istudju ta’ l-NSO jindirizza aspetti ta’ aċċess, tip ta’ aċċess, frekwenza ta’ użu u r-raġunijiet tat-tfal għall-preferenzi tagħhom meta jkunu qed jibbrowsjaw fin-Net. Angolu interessanti huwa l-branka ta’ l-istudju li jikkonċerna l-istħarriġ fost il-ġenituri u l-perċezzjonijiet tagħhom rigward kif u kemm uliedhom jużaw dan il-mezz ta’ komunikazzjoni.
Kolloxma’ kollox, dan il-proġett għandu l-ingredjenti kollha ta’ stħarriġ relevanti għall-attwalità tal-lum. Ir-riżultati għandhom ikunu interessanti mhux biss għall-iskejjel, l-għalliema u s-soċjoloġi, iżda wkoll għall-ġenituri u għat-tfal infushom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow