Left arrow Go Back

Jitlesta r-restawr tat-Tempji tal-Ġgantija

pr1476
Date Icon 13/10/2005
Ix-xogħlijietta’ restawr fit-Tempji tal-Ġgantija, li saru minn Fondi tas-Solidarjeta’ ta’ l-Unjoni Ewropea, tlestew riċentament, wara li għal dan it-tempju sar survey xjentifiku tri-dimensjonali.
Warax-xita qawwija ta’ Settembru 2003, li kkawżat ħsara anke fit-Tempji tal-Ġgantija fejn waqgħet parti mill-ħajt esterjuri tat-Tempji, il-Ministeru għal Għawdex irnexxielu jakkwista Lm36,000 mill-Fond ta’ Solidarjeta’ ta’ l-Unjoni Ewropea sabiex iwettaq ix-xogħol meħtieġ f’dan is-sit preistoriku.
Il-Ministerugħal Għawdex kien ħareġ sejħa għall-offerti għal studju tri-dimensjonali u r-riżultati diġitali ta’ dan l-istudju ġew ippreżentati iktar kmieni din is-sena mill-kumpanija Taljana ABC General Engineering. Dan l-istudju dettaljat xjentifiku, li sewa madwar Lm16,500, huwa l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu li jinkludi tempju sħiħ. L-istudju jagħti rikordju preċiż tas-sitwazzjoni preżenti tat-tempji u se jservi bħala bażi xjentifiku għal kull intervent li jeħtieġu t-tempji anke fil-futur.
Warali tlesta dan l-istudju, scaffolding apposta tqiegħed fis-sit sabiex jiffaċilita x-xogħol ta’ restawr meħtieġ fuq il-ħitan ta’ barra. Is-Sovrantendenza tal-Wirt Kulturali ssejħet biex wettqet investigazzjoni arkeoloġika u biex tiddokumenta r-riżultat ta’ din il-ħsara fuq din il-parti tat-tempji.
Ix-xogħlijietta’ restawr kien jinkludu t-tqegħid mill-ġdid ta’ ġebel li waqa’ biex din il-parti tat-tempji reġgħet ittellgħet. Ir-riżultat ta’ dan ix-xogħol ta’ restawr jagħti stabilita’ aħjar lis-sit tal-Ġgantija peress li l-possibilita’ ta’ iktar ħsara permezz ta’ xita issa hija iktar limitata. Fl-istess ħin, dan ix-xogħol reġa’ ta dehra iktar attraenti lit-tempji.
Ix-xogħlijietta’ restawr fit-Tempji tal-Ġgantija kienu possibbli biss grazzi għall-kollaborazzjoni li l-Ministeru għal Għawdex sab minn diversi awtoritajiet governattivi fosthom Heritage Malta, is-Sovrantendenza tal-Wirt Kulturali, it-Taqsima tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru tar-Riżorsi u Infrastruttura, u l-Kumitat Xjentifiku għall-Konservazzjoni tat-Tempji Megalitiċi ta’ Malta.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow