ĦATRA TA’ MANAGER (NEWS) FIL-PBS LTD.
pr1474
12/10/2005
Il-Bord tad-Diretturi tal-PBS Ltd. irrakkomanda lill-Gvern bħala s-sid ta’ din il-kumpanija li s-Sinjura Sylvana Cristina tinħatar Manager (News) fil-PBS Ltd. Is-Sinjura Cristina llum tokkupa l-kariga ta’ Manager (Programmes) fil-PBS Ltd.
| Il-Ministeru għall-Investiment, | Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni llum informa lill-Bord tad-Diretturi tal-PBS Ltd. li m’għandux oġġezzjonijiet għal din ir-rakkomandazzjoni. |
| Ir-rakkomandazzjoni tal-Bord tad-Diretturi | tal-PBS Ltd. saret wara direzzjoni li ngħatatlu mill-Gvern biex iwaqqaf il-proċess ta’ l-għażla li kien għaddej għal din il-pożizzjoni. |
| Il-Gvern qiegħed jippubblika l-korrispondenza | rilevanti għal din id-direzzjoni lill-PBS Ltd. L-ittra tat-28 ta’ Settembru 2005 mill-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru lill-Kap tas-Segretarjat tal-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni tirreferi għal rapport tat-8 t’Awissu 2005 mill-Kap Eżekuttiv tal-PBS Ltd. dwar il-proċess ta’ l-għażla għal din il-pożizzjoni. |
| Il-Gvern jistqarr li b’rispett | tal-kunfidenzjalità u l-privatezza t’applikanti oħra għal din il-pożizzjoni ma jistax jippublika dan ir-rapport. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947