Left arrow Mur Lura

INAWGURATA L-IT & T FAIR

pr1473
Date Icon 12/10/2005
Il-MinistruAustin Gatt illum inawgura l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ l-IT & T Fair. Din l-inawgurazzjoni saret waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret fuq l-istand tal-Ministeru li qed jiħu sehem f’ din il-fiera b’numru ta’ inizjattivi li huam immirati biex inkomplu fil-ġlieda tagħna kontra l-firda diġitali. Il-Ministru Gatt filwaqt li spjega li normalment l-udjenza tipika ta’ l-IT&T fair hi dik żagħżugħa il-Ministeru qed jara kif din il-fiera tkun opportunità biex nidħlu f’setturi ġodda.
Ewleninfost dawn hemm is-settur ta’ l-anzjani li jifforma 16% tal-popolazzjoni  u hija realtà li  76% ta’ l-anzjani m’għandhomx kompjuter id-dar (NSO, Ġunju 2005). Għaldaqstant llum ingħata bidu għal sensiela t’inizjattivi immirati biex nirbħu lill-anzjani minn fuq in-naħa l-iżbaljata tal-firda diġitali. Fil-fatt din is-sena l-Ministeru għall-Industrija, Investiment u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni qed joffri:
Verżjoni aġġornatatal-programm MyWeb.  Fil-fatt , Il -Ministru Gatt ħabbar li qed issir stedina lill-anzjani biex jmorru l-fiera u jirreġistraw għal dan il-kors. Waqt li jagħmlu ‘window shopping’ ta’ x’qed toffri t-teknoloġija minn hawn qed noffru kors fl-ewwel passi li għandhom bżonn biex jużawha;
Offerta lill-anzjani (60+):Il-Pakkett tal-Microsoft li qabel kien offrut biss lill-istudenti ser jingħata għall-istess prezz (Lm13.99) lill-anzjani wkoll;
Dawniż-żewġ offerti qed isiru għax il-Gvern jemmen li l-anzjani huma suq ġdid u importanti għal dawk li qed joffru l-prodotti tagħhom f’din il-fiera. Minħabba l-fatt li hu suq ġdid irridu nibdlu l-mentalità ta’ kif nilħquhom. Dan isir jekk il-prodott ikun adatt għall-bżonnijiet tagħhom. Il-Ministru Austin Gatt enfasiżża li l-anzjani jridu jikkomunikaw u jridu jkunu infurmati u jridu jinqdew mingħajr ġiri u skariġġ daqs kullħadd. “Għallhekk bi ftit attenzjoni nistgħu nerbħuhom.”
Sadanittantl-istand tal-Ministeru tinkludi aktar minn għoxrin servizz ta’ l-eGovernment; possibilita ta’ reġistrazzjoni għall-Identità Elettronika; reġistrazzjoni għall-eBusiness Awareness Programm (kors ta’ tminn siegħat għall-kumpaniji żgħar ħafna dwar kif idaħħlu t-teknoloġija fix-xogħol tagħhom); kif ukoll taħdidiet minn kelliema barranin mill-Microsoft, SAP u Oracle għall-istudenti li qed jaħsbu biex jieħdu ċertifikat rikonoxxut mill-industrija.
Elementieħor huwa li tingħata attenzjoni speċjali għas-sigurtà tat-tfal fuq l-Internet.
F’danil-kuntest aktar tard, il-Ministru Austin Gatt żar l-istand ta’ l-A to Z electronics, li flimkien mac-Cyber Patrol qed joffru programm immirat li jipproteġi lit-tfal mill-perikli li wieħed jistgħa jiltaqagħa magħhom fuq l-Internet. Dan il-programm issa ġie magħmul bil-Malti u qed jiġi offrut għall-prezz ta’ Lm 10 minflok Lm 17 il-lira.
Il-MinistruGatt żar ukoll l-istand tal-Merlin Computers li minn naħa tagħhom ippreżentaw software Anti Virus  (KASPERSKY) li issa qed jiġi prodott bil-Malti. Dan il-prodott ser jkun offrut ukoll lil dawk li jirreġistraw għall-eBusiness Awareness Programme mniedi mill-Ministeru.
Standoħra li żar il-Ministru Austin Gatt kienet dik tal-Maltacom. Il-Ministru Gatt kien infurmat bil-fatt li l-kumpanija sussidjarja tal-Maltacom li tipprovdi l-broadband Internet habbret li l-klijenti kollha tas-servizz tal-ADSL broadband High Speed Internet li fil-prezent ghandhom speed ta’ 1Mbps ser ikollhom l-ispeed taghhom irduppjat ghal 2Mbps mil-llum. Il-Ministru ġie spjegat li din il-bidla mhix ser tinvolvi hlas addizzjonali ghall-klijenti u ser issir bhala parti mill-isforzi kontinwi tal-kumpanija biex tipprovdi l-broadband Internet lil kull dar u negozju bi prezz li jista’ jilhqu kulhadd.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow