It-Tilqim għall-influwenza ordinarja
pr1471
12/10/2005
| Id-Dipartiment tal-Kura | Primarja jixtieq javża lill-pubbliku li wara r-respons qawwi għat-tilqima kontra l-influwenza ordinarja li kellna f’dawn l-aħħar jiem, l-ewwel konsenja ta’ 45,000 vaċċin issa waslet biex tispiċċa. |
| Ta’ | min jinnota li l-pubbliku fehem il-bżonn li jieħu t-tilqima u fl-ewwel ġimgħa ġew imlaqqma 45,000, darba u nofs aktar minn kemm tlaqqmu s-sena l-oħra, f’xahrejn: 30,000. |
| Huwa | previst li l-konsenja tkun spiċċat sa nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Ottubru. Kull min ma jilħaqx jitlaqqam sa nhar il-Ġimgha, 14 ta’ Ottubru 2005, ikun jista’ jagħmel dan meta tasal it-tieni konsenja ta’ 105,000 tilqima, li mistennija tasal għall-aħħar ta’ dan ix-xahar. Ladarba tasal din il-konsenja l-programm ta’ tilqim ikompli. |
| Għalhekk | il-pubbliku hu mitlub ma jattendix fic-Ċentri tas-Saħħa għat-tilqima kontra l-influwenza wara l-14 ta’ Ottubru. |
| Meta | jkun se jkompli l-programm ta’ tilqim, id-Dipartiment tal-Kura Primarja joħroġ avviż lill-pubbliku biex jerġa jibda jirrikorri fiċ-Ċentri tas-Saħħa għat-tilqima. |
| Id-Dipartiment | jixtieq iserraħ moħħ il-pubbliku li l-gvern ordna tilqim għal kull min huwa ntitolat għaliha, b’kollox 150,000. |
| Id-Dipartiment | jixtieq ukoll ifakkar lill-pubbliku li aktar ma t-tilqima tittieħed tard, aktar ikun ta’ benefiċċju għax isservi aktar għal matul ix-xhur kesħin tax-Xitwa. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947