Left arrow Go Back

It-Tilqim għall-influwenza ordinarja

pr1471
Date Icon 12/10/2005
Id-Dipartiment tal-KuraPrimarja jixtieq javża lill-pubbliku li wara r-respons qawwi għat-tilqima kontra l-influwenza ordinarja li kellna f’dawn l-aħħar jiem, l-ewwel konsenja ta’ 45,000 vaċċin issa waslet biex tispiċċa.
Ta’min jinnota li l-pubbliku fehem il-bżonn li jieħu t-tilqima u fl-ewwel ġimgħa ġew imlaqqma 45,000, darba u nofs aktar minn kemm tlaqqmu s-sena l-oħra, f’xahrejn: 30,000.
Huwaprevist li l-konsenja tkun spiċċat sa nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Ottubru.  Kull min ma jilħaqx jitlaqqam sa nhar il-Ġimgha, 14 ta’ Ottubru 2005, ikun jista’ jagħmel dan meta tasal it-tieni konsenja ta’ 105,000 tilqima, li mistennija tasal għall-aħħar ta’ dan ix-xahar.   Ladarba tasal din il-konsenja l-programm ta’ tilqim ikompli.
Għalhekkil-pubbliku hu mitlub ma jattendix fic-Ċentri tas-Saħħa għat-tilqima kontra l-influwenza wara l-14 ta’ Ottubru.
Metajkun se jkompli l-programm ta’ tilqim, id-Dipartiment tal-Kura Primarja joħroġ avviż lill-pubbliku biex jerġa jibda jirrikorri fiċ-Ċentri tas-Saħħa għat-tilqima.
Id-Dipartimentjixtieq iserraħ moħħ il-pubbliku li l-gvern ordna tilqim għal kull min huwa ntitolat għaliha, b’kollox 150,000.
Id-Dipartimentjixtieq ukoll ifakkar lill-pubbliku li aktar ma t-tilqima tittieħed tard, aktar ikun ta’ benefiċċju għax isservi aktar għal matul ix-xhur kesħin tax-Xitwa.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow