In-numru ta’ l-applikazzjonijiet għall-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju iżomm l-istess ritmu tas-sena li għaddiet
| “L-informazzjoni dwar kemm daħlu applikazzjonijiet u | kemm inħarrġu liċenzji tan-negozju, tagħti stampa lejn kif inhi sejra l-attivita’ kummerċjali f’pajjiżna. Mill-aħħar statistika ta’ kemm inħarrġu liċenzji tan-negozji jidher li l-iżjed ċaqlieq fl-attivita’ kummerċjali kien permezz ta’ trasferiment ta’ liċenzji minn negozji li diġa’ kienu miftuħa u imbagħad biddlu l-idejn.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, l-Onor. Edwin Vassallo waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li ta, dwar l-aħħar figuri tal-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju. |
| “Għalkemm kien mistenni li n-numru ta’ trasferimenti | jkun kbir, l-istatistika ta’ kemm daħlu applikazzjonijiet minn Jannar sa Awissu 2005 turi li f’dan il-perjodu, meta imqabbel ma’ l-istess perjodu tas-sena ta’ qabel, żdied in-numru ta’ applikazzjonijiet li daħlu għal negozji li l-binja tagħhom kienet ġdida. Fil-fatt, fl-2005 kienu 312-il applikazzjoni li daħlu għand it-Trade Licensing Unit (TLU), filwaqt li fl-2004 kienu 296, b’differenza ta’ 16-il applikazzjoni.” |
| Attivita’ kummerċjali ġdida fejn diġa | kien hemm negozji qabel |
| In-numru ta’ applikazzjonijiet għal trasferimenti ta’ | liċenzji, jiġifieri l-bdil ta’ l-idejn tan-negozji, fl-2005 kien ta’ 334, fejn 248 biddlu liċenzja bejn persuni, kien hemm 25 applikazzjoni għal trasferiment minħabba wirt, u kien hemm 61 applikazzjoni għal bdil tal-ġeneru tan-negozju. Fl-istess perijodu tas-sena 2004 kien hemm 359 applikazzjoni mitluba. |
Applikazzjonijiet għal negozji ġodda
| Meta wieħed iħares lejn l-istatistika ta’ | l-applikazzjonijiet, wieħed jinnota li n-numru ta’ applikazzjonijiet li daħlu għand it-TLU għax-xhur minn Jannar sa Awissu ta’ l-2005 kien ta’ 317 (312 + 5) filwaqt li fis-sena li għaddiet kien hemm 304 (296 + 8), jiġifieri żjieda ta’ 13-il applikazzjoni. |
| Reġistrazzjoni ta’ attivita’ kummerċjali li ma ssirx | minn post kummerċjali |
| Din ir-reġistrazzjoni tippermetti lil dawk il-persuni li | x-xogħol tagħhom mhux marbut ma’ sit kummerċjali li jirreġistraw l-attivita` tagħhom, biex b’hekk huma wkoll ikollhom forma ta’ liċenzja tan-negozju. Fl-2005, fil-perjodu msemmi, kienu rreġistraw 52 persuna filwaqt li fl-istess perjodu tas-sena li għaddiet kienu rreġistraw 20 persuna. |
| Meta wieħed iħares lejn it-totali ta’ | l-applikazzjonijiet għal liċenzji tan-negozju, wieħed jara li minn Jannar sa Awissu tas-sena 2005 kien hemm 703 applikazzjoni għall-attivita’ kummerċjali ġdida filwaqt li fl-istess perijodu tas-sena li għaddiet kien hemm 683 applikazzjoni. Il-bidla hija waħda minima u dan ifisser li l-attivita’ kummerċjali, filwaqt li żdiedet fuq is-sena li għaddiet, żammet ritmu tajjeb. |
Liċenzji maħruġa fl-attivitajiet tan-negozju ġdid
Fit-tabella 2 li hawn annessa ma’ din l-istqarrija, tidher l-istess statistika, iżda minflok in-numru ta’ l-applikazzjonijiet, din it-tabella turi in-numru ta’ liċenzji li fil-fatt inħarġu mill-applikazzjonijiet li saru. F’dan il-kuntest wieħed irid jikkunsidra wkoll li ma’ l-applikazzjonijiet ta’ din is-sena jkun hemm applikazzjonijiet tal-perijodi ta’ qabel li ma jkunux ġew ipprocessati.
Kanċellazzjonijiet tal-liċenzji
Bejn Jannar u Awissu 2005 kien hemm 353 applikazzjoni għall-kanċellazzjoni tal-liċenzja tan-negozju. Din iċ-ċifra tindika kemm jekk ingħalqu aktar negozji, kif ukoll jekk ikun hemm bdil tal-ġeneru jew bdil ta’ l-idejn tan-negozju. Din iċ-ċifra ma għandhiex tinftiehem li dawn kollha kienu każijiet fejn in-negozju ġie terminat, iżda f’kull l-każ li liċenzja tkun ġiet terminata.
Street Hawkers u Market Hawkers
| B’referenza għall-Market Hawkers, din is-sena | rajna anqas applikazzjonijiet għal dawn il-liċenzji. Issa ladarba s-swieq kważi kollha ġew organizzati u huma immexxija mill-Kunsilli Lokali, ftit hija l-possibilita’ li jekk ikollok liċenzja tan-negozju ta’ market hawker ser issib fejn tarma jekk m’għandekx posta diġa` u għalhekk in-numru ta’ l-applikazzjonijiet naqas drastikament u huwa mistenni li jkompli jonqos jekk ma jkunx hemm ftuħ ta’ swieq ġodda. |
| In-numru ta’ l-iStreetHawkers naqas | ukoll ladarba illum, minkejja li l-liġijiet preżenti tejbu ħafna l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-bejjiegħa u nistennew li bl-emendi li għandhom isiru ser jkomplu jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ dan il-kummerċ, il-kwantita’ ta’ Street Hawkers li diġa` hawn huwa tant kbir li kull min ikollu liċenzja ġdida għandu biċċa xogħol biex isib fejn jarma. |
L-attivita’ kummerċjali f’pajjiżna tkompli tikber
| L-Onor. Vassallo kompla jgħid li “meta wieħed iħares | lejn l-istatistika ta’ impjiegi ġodda maħruġa aktar kmieni dan ix-xahar, wieħed jinnota li s-settur kummerċjali ħoloq madwar 1500 impjieg ġdid, filwaqt li s-settur tal-bejgħ bl-immnut u bl-ingrossa waħdu ħoloq mal-430 impjieg ġdid. |
| “It-tkattir ta’ din l-attivita’ kummerċjali jitfa’ | responsabbilita’ fuq kull min jieħu deċiżjoni biex huwa jara li jieħu l-aħjar deċiżjonijiet biex permezz tagħhom jiffaċilita’ n-negozju u jnaqqas il-burokrazija. L-impenn tal-Gvern huwa li jara li l-attivita’ kummerċjali tkompli tikber u n-numru ta’ impjiegi ġodda jiżdiedu. Biex nirnexxu f’dan l-impenn hemm bżonn li titnaqqas il-burokrazija, iżda dan l-impenn għandu jkun mifrux ma’ diversi Awtoritajiet oħra lokali bħalma huma l-Kunsilli Lokali u entitajiet oħra.” Is-Segretarju Parlamentari Vassallo fakkar ukoll li “l-komunitajiet tagħna huma sors ta’ impjiegi ġodda” u saħaq fuq l-importanza li s-settur kummerċjali jingħata kull għajnuna biex ikun jista’ jkompli jitkattar. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947