INAWGURAT CENTRU GHALL-HASIL TAL-KAXXI TAL-HUT B'INVESTIMENT TA' KWART TA' MILJUN LIRA
pr1468
12/10/2005
| Il-Gvern qed jinvesti bis-shih fis-settur tas-sajd lokali. Minbarra | l-ftuh tac-Centru ghall-Hasil tal-Kaxxi tal-Hut, il-Gvern jinsab ghaddej bi progetti ohra bhalma hu dak tad-dry standing facilities f'Marsaxlokk, biex ikunu jistghu jingibdu d-dghajjes ghax-xoghlijiet mehtiega fuq l-art. Dan il-progett ser jiswa €2 miljuni u se jsir b'fondi ta' l-Unjoni Ewropea (75%) u minn fondi tal-Gvern Malti (25%). |
| Ghadu ghaddej ukoll il-programm ta' l-ghajnuna lis-sajjieda fejn sa' | issa thallsu Lm1.9 miljuni u ghad baqa' madwar Lm700,000 f'pagamenti li jridu jsiru. |
| Saru wkoll applikazzjonijiet minn sajjieda ghal ghajnuna permezz ta' | fondi ta' l-Unjoni Ewropea u l-Gvern Malti. Permezz ta' din l-ghajnuna, li tlahhaq ghal madwar nofs miljun lira, kien hemm bdil ta' bastiment tas-sajd, ghajnuna ghall-aggustament ta' l-isforz tas-sajd (scrapping), modernizzar ta' bastimenti. L-iskemi jkopru wkoll is-settur ta' l-Akwakultura u ta' l-ipprocessar tal-prodotti tal-hut. |
| Dan qalu l-Ministru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, George | Pullicino waqt il-ftuh ufficjali tac-Centru ghall-Hasil tal-Kaxxi tal-Hut li jinsab fl-imhazen biswit il-Pixkerija, f'Xatt il-Barriera, l-Belt. |
| F'dan il-progett sar investiment ta' kwazi kwart ta' miljun lira li | kien jikkonsisti fir-restawr tal-bini fejn kien stallat il-makkinarju tal-hasil, x-xiri tal-magna tal-hasil, l-installazzjoni ta' hoist ghall-kaxxi biex ikunu jistghu jittellghu u jitnizzlu mis-sular ta' fuq ghal isfel u f'investiment f'kaxxi tal-plastik ta' tlett daqsijiet maghzula mis-sajjieda stess ghall-uzu taghhom. Dan l-investiment sar kollu minn fondi tal-Gvern Malti. |
| It-tmexxija ta' dan ic-Centru se tkun f'idejn il-Koperattiva | Nazzjonali tas-Sajd li se tkun responsabbli wkoll mis-servizz tal-kaxxi tal-hut fis-suq. Fi kliem il-Ministru Pullicino, dan jikkonferma l-impenn tal-Koperattiva lejn titjib fil-prodott li jitwassal ghand il-konsumatur. |
| Is-Segretarju Parlamentari ghall-Agrikoltura u Sajd Frans Agius qal | li dan il-progett kien imniedi biex itejjeb il-manigg tal-hut u b'hekk tizdied il-hajja kummercjali (shelf life) tal-hut li jinqabad. |
| Hu appella biex isiru aktar sforzi kemm min-naha tas-sajjieda li | ghadhom mhux qed jaghmlu uzu mis-silg fi kwantitajiet adekwati; kif ukoll lill-bejjiegha tal-hut, li ghadhom ma nvestewx bizzejjed, u ghadhom qed ibieghu l-hut minghajr ma jzommuh mghotti bis-silg, jew f'vetturi li m'ghandhomx it-taghmir li jkessah l-istess hut ghall-bejgh. |
| Dr Francis Agius qal li ghal dan il-ghan ghaddejjin ukoll xi | xoghlijiet ohra fil-cold stores u fil-Pixkerija proprja. Dawn ix-xoghlijiet ukoll huma ntizi biex itejbu l-manigg tal-hut u biex l-ambjent ta' fejn jinbiegh ikun iktar ikkontrollat u b'hekk tibqa' titjieb il-kundizzjoni igjenika tal-prodott. |
| Francis Agius qal li c-centru l-gdid se jwassal ghal titjib | fil-prodott tal-hut taghna u biex dan jitwassal ghand il-konsumatur f'kundizzjoni iktar nadifa u iktar friska. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947