Left arrow Mur Lura

CD dwar il-musical 1565

pr1466
Date Icon 12/10/2005
Is-senaelf hames mija hamsa u sittin (1565) hija data storika u mportanti għal pajjiżna għax tirrapreżenta s-sena li fiha seħħ l-Assedju l-Kbir ta’ Malta . Dwar din id-data storika inkiteb ħafna iżda qatt ħadd ma pproduċa musical.
Il-kumpannijateatrali Masquerade imliet dan il-vojt billi pproduċiet musical mibni madwar l-istorja ta’ l-1565,  mhux narrazzjoni ta’ l-assedju iżda storja bl-assedju l-kbir bħala background.
PaulAbela kkompona l-mużika għall-‘1565’, filwaqt li Malcolm Galea kiteb l-iscript. Anthony Bezzina huwa d-direttur u l-producer;  filwaqt li Peter Howitt hu s-set designer.  Dan il-musical, b’verżjoni għal kunċert,  kien parti mill-programm tal-Festival tal-Bliet Storiċi. Dan ittella’ fil-Forti Sant’Anġlu.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech ġie ppreżentat kopja tas-CD “1565 Musical” minn Anthony Bezzina u Paul Abela. Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Assedju l-Kbir  biddel l-istorja ta’ Malta u  ta’ l-Ewropa. Hu qal li nkiteb ħafna dwar dan l-Assedju iżda din kienet l-ewwel darba li ttella’ musical bl-assedju bħala background. Hu qal li l-musicals ta’ dan it-tip huwa xieraq li ninkoraġġuhom b’kull mezz possibbli.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow