CD dwar il-musical 1565
pr1466
12/10/2005
| Is-sena | elf hames mija hamsa u sittin (1565) hija data storika u mportanti għal pajjiżna għax tirrapreżenta s-sena li fiha seħħ l-Assedju l-Kbir ta’ Malta . Dwar din id-data storika inkiteb ħafna iżda qatt ħadd ma pproduċa musical. |
| Il-kumpannija | teatrali Masquerade imliet dan il-vojt billi pproduċiet musical mibni madwar l-istorja ta’ l-1565, mhux narrazzjoni ta’ l-assedju iżda storja bl-assedju l-kbir bħala background. |
| Paul | Abela kkompona l-mużika għall-‘1565’, filwaqt li Malcolm Galea kiteb l-iscript. Anthony Bezzina huwa d-direttur u l-producer; filwaqt li Peter Howitt hu s-set designer. Dan il-musical, b’verżjoni għal kunċert, kien parti mill-programm tal-Festival tal-Bliet Storiċi. Dan ittella’ fil-Forti Sant’Anġlu. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech ġie ppreżentat kopja tas-CD “1565 Musical” minn Anthony Bezzina u Paul Abela. Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Assedju l-Kbir biddel l-istorja ta’ Malta u ta’ l-Ewropa. Hu qal li nkiteb ħafna dwar dan l-Assedju iżda din kienet l-ewwel darba li ttella’ musical bl-assedju bħala background. Hu qal li l-musicals ta’ dan it-tip huwa xieraq li ninkoraġġuhom b’kull mezz possibbli. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947