Left arrow Mur Lura

SKEMA TA’ SUSSIDJU FUQ TADAM IPPROĊESSAT 2005

pr1464
Date Icon 11/10/2005

1.   Id-Direttur ta' l-Agrikultura javża li dawk il-bdiewa u l-għaqdiet tal-produtturi li din is-sena kienu rreġistraw fl-uffiċċju ta' l-IACS biex jirċievu s-sussidju fuq it-tadam għall-ipproċessar għandhom jagħmlu applikazzjoni għall-ħlas ta' dan is-sussidju. Dawk il-bdiewa li huma mseħbin f’xi għaqda tal-produtturi (producer organisation) li kellha kuntratt ma’ xi Proċessur m’hemmx għalfejn japplikaw, billi l-applikazzjoni ssir mill-għaqda tal-produtturi nnifisha.

2.   L-applikazzjonijiet jintlaqgħu fi Block C, Ċentru ta' Riċerka u Żvilupp, Għammieri, fil-każ ta’ Malta u fil-Fergħa ta' l-Agrikultura (IACS), Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp, fil-każ ta’ Għawdex. Il-formoli jinkisbu mill-uffiċċju fejn issir l-applikazzjoni.  

3.   L-uffiċjali tal-Gvern jagħtu l-għajnuna kollha meħtieġa lill-applikanti biex timtela l-formola ta' l-applikazzjoni. Biex jitħaffef ix-xogħol, importanti li l-applikanti jieħdu magħhom:  

(a)l-irċevuta ta' l-applikazzjoni ta' l-IACS fil-każ ta’ bdiewa li mhux imseħbin f’għaqda tal-produtturi;
(b)kopja tal-kuntratt/i (u ta' xi estensjonijiet) li sar mal-proċessur/i;
(c)għal kull kuntratt, dikjarazzjoni ffirmata mill-proċessur li turi l-kwantità totali ta' tadam aċċettat għall-ipproċessar;
(d)il-karta ta' l-identità tal-produttur jew tar-rappreżentant legali fil-każ ta’ għaqda tal-produtturi.
(e)in-numru tal-VAT
(f)fil-każ ta’ għaqda tal-produtturi, lista sħiħa tal-membri bil-kwantità ta’ tadam li kull wieħed issuplixxa.

4.   L-applikazzjonijiet għandhom isiru sat-30 ta' Novembru 2005. F'każ ta' applikazzjonijiet li jaslu wara din id-data, is-sussidju dovut jitnaqqas b'wieħed fil-mija għal kull ġurnata ta' dewmien. id-dritt għas-sussidju jintilef jekk id-dewmien ikun ta' aktar minn 15-il ġurnata. Id-Direttur ta’ l-Agrikultura jixtieq jagħmilha ċara li ma tiġi milqugħa ebda applikazzjoni wara dawn id-dati.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow