F’din is-sena diġa' tnaddfu aktar minn 7 kilometri ta’ widien mill-ħaddiema tal-Gvern
pr1463
11/10/2005
| Matul | l-ewwel disa’ xhur tas-sena, ħaddiema mit-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura wettqu ħidma ta’ tindif u rijabilitazzjoni ta’ widien f’diversi nħawi madwar Malta. Bosta minn dawn il-widien kien ilhom ma jitnadfu għal iktar minn tletin sena. |
| “Kien | pass għaqli li titwaqqaf sezzjoni fi ħdan il-Ministeru, bil-għan li twettaq xogħlijiet ta’ tindif u rijabilitazzjoni ta’ widien u korsi ta’ l-ilma”, stqarr il-Ministru Ninu Zammit meta żar xogħlijiet li qed jitwettqu f’Wied Ħesri, limiti tas-Siġġiewi. |
| Dan | ix-xogħol huwa parti minn proġett ikbar li għandu diversi għanijiet. Filwaqt li jservi ta’ ħolqa fil-pjan ta’ “Prevenzjoni mill-Għargħar”, it-tindif tal-widien qed iwassal: |
· għal inqas telf ta’ ħamrija,
· iktar aċċessibilita’ għal bdiewa u
· l-ħolqien mill-ġdid ta’ passaġġi li jservu ta’ rikreazzjoni għal pubbliku.
| Għan | ieħor huwa li jinħolqu ilqugħ li jservu biex jikkontrollaw il-volum u l-ħażna ta’ l-ilma u fl-istess waqt jsir re-charging ta’ l-acquifer jew tal-ħażna ta’ l-ilma tal-pjan. Diversi reċensjonijiet jew ilqugħ kienu ntraddmu minħabba kwantita kbira ta’ materjal ta’ kull tip li ntefa’ b’mod illegali minn nies irresponsabbli. Dawn l-istrutturi issewwew mill-ħaddiema ta’ l-istess Sezzjoni. |
| Fl-2004, | tnaddfu madwar 4 kilometri ta’ widien u matul din is-sena diġa sar tindif ta’ aktar minn 7 kilometri. |
| Matul | din is-sena sar xogħol f’Wied l-Isqof u Wied il-Ħemsija, limiti tar-Rabat, f’Wied Binġemma, limiti ta’ l-Imġarr, Wied Irmiedi u Wied iċ-Ċampra fil-limiti ta’ Ħ’Attard, Tas-Silġ fil-limiti ta’ Marsaxlokk u Wied Qannotta fl-inħawi tal-Wardija. F’dawn il-widien sar intervent taħt superviżjoni ta’ Periti tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. |
| Il-Ministru | Ninu Zammit semma kif dan ix-xogħol qed iservi ta’ għajnuna kbira għal bdiewa li issa għandhom aċċessibilita’ aħjar għal għelieqi tagħhom. “Il-ħidma hija wkoll immirata sabiex niffaċilitaw il-ħajja tal-bidwi Malti li jaqla’ l-għixien tiegħu mill-wiċċ tar-raba’,” stqarr il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Ir-riżultati pożittivi li kellna bl-ewwel xita qed juru biċ-ċar li dawn ix-xogħlijiet diġa qed iħallu l-frott mixtieq. Dan se jkompli jwassal għal iktar xogħlijiet simili f’diversi nħawi fix-xhur li ġejjin. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947