Wirja ta’ xogħol maħdum bl-idejn fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum taż-Żurrieq
pr1462
11/10/2005
L-Onor. Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ inawgurat wirja fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum, fiż-Żurrieq.
| F’din | il-wirja hemm eżebit xogħol maħdum bl-idejn minn membri anzjani li jattendu l-14-il Ċentru ta’ Matul il-Jum li hawn f’Malta. Din il-wirja ser tibqa’ miftuħa sa nhar il-Ġimgħa 14 t’Ottubru. Ix-xogħlijiet eżebiti f’din il-wirja huma varji. Fost l-oħrajn insibu xogħol maħdum bil-ganċ, knitting, ganutell, bizilla, parċmina, pittura u poeżiji miktuba mill-anzjani. |
| F’kelmtejn | li ghamlet l-Onor. D’Amato qalet: Il-mira ewlenija tal-Gvern kienet, għadha u tibqa' dejjem li safejn u sakemm hu possibli, l-anzjan jibqa' jgħix f'daru, fl-ambjent li huwa mdorri fih. Kien għalhekk li l-Gvern introduċa d-Day Centres, u diversi servizzi ohra bħal Home Help, Meals on Wheels, Handyman Service u l-Pensjoni tal-Wens fost oħrajn. Dawn is-servizzi jipprovdu spalla lill-anzjani u fl-istess waqt itaffu l-piż minn fuq il-familja tagħhom. |
| Is-Sinjura | D’Amato kompliet tispjega kif: “iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum li bdew fl-1995 bil-ftuħ taċ-Ċentru tal-Ħamrun u taż-Żejtun, evolvew minn ċentri socjali, fejn l-anzjani kienu jiltaqgħu biex jissoċjalizzaw u jgħaddu l-ħin flimkien, għal ċentri fejn l-anzjani jigu mogħtija fost l-oħrajn, anke servizzi ta’ podologija, occupational therapy u fiżioterapija. F’dawn iċ-ċentri jiġu organizzati wkoll attivitajiet edukattivi, rekreattivi u spiritwali fuq bażi regolari skond iż-żmien tas-sena u tradizzjonijiet Maltin. F’dawn iċ-ċentri l-anzjani jiġu mħeġġa li jaqsmu l-ħiliet tagħhom ma’ anzjani oħra. Huma proprju dawn ix-xogħlijiet li hawn eżebiti llum. Attivitajiet oħra organizzati permezz ta’ l-anzjani stess huma t-tagħlim tal-lingwi, kitarra u anke żfin.” |
| Is-Sinjura | D’Amato ħegget lill-anzjani biex jibqgħu kemm jista’ jkun attivi u jkomplu jrawmu u/jew jakkwistaw ħiliet ġodda. Hija ħeġġet ukoll biex tfal u żgħażagħ jżuru din il-wirja biex huma jkunu jistgħu japprezzaw il-valur tal-anzjani u l-kontribut li huma jagħtu b’risq il-komunita’. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947