Il-Gvern m’għandu xejn x’jaħbi
pr1460
10/10/2005
| Il-Gvern | m’ghandu xejn x’jahbi u l-kelliem ta’ l-Alternattiva Demokratika, Arnold Cassola, messu ċċekkja l-fatti tiegħu sewwa qabel ma ħareġ stqarrija fejn jakkuża lill-Gvern li qiegħed jaħbi xi dokumenti mill-pubbliku, fuq il-kwistjoni tal-kacca u l-insib. |
| Id-dokument | li Arnold Cassola ripetutament jirreferi għalih bħala ‘misterjuż’ m’huwa misterjuż xejn u ilu li kien imqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti sa’ mit-13 ta’ Jannar 2003, fis-Seduta Parlamentari numru 844. Kull min għandu xi interess li jara dan id-dokument, kull m’għandu jagħmel hu li jistaqsi għalih lill-Parlament Malti. |
| Ta’ | min ifakkar li l-Gvern qiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti d-dokumenti l-oħrajn kollha li jirreferu għan-negozjati ta’ Malta ma’ l-Unjoni Ewropea. |
| Il-Gvern jibqa’ impenjat li josserva l-obbligi | tiegħu u qatt ma kienet politika ta’ dan il-Gvern, li jaħbi xi dokument mill-pubbliku. Hija sfortuna li nies bħal Arnold Cassola jiżolqu b’dan il-mod, li jikkonferma kemm għal xi wħud, l-importanti huwa li jakkużaw, mingħajr qabel ma jiċċekkjaw l-informazzjoni. |
| Stqarrijiet bhal dawn mill-kelliema ta` l-Alternattiva | Demokratika jaghmlu ħsara lil Malta u lill-isforzi tal-Gvern Malti, biex ihares it-tradizzjoni tal-kacca u l-insib f` Malta . Il-poplu Malti u l-politika Maltija jixirqilhom ferm aħjar. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947