Left arrow Go Back

Il-Gvern m’għandu xejn x’jaħbi

pr1460
Date Icon 10/10/2005
Il-Gvernm’ghandu xejn x’jahbi u l-kelliem ta’ l-Alternattiva Demokratika, Arnold Cassola, messu ċċekkja l-fatti tiegħu sewwa qabel ma ħareġ stqarrija fejn jakkuża lill-Gvern li qiegħed jaħbi xi dokumenti mill-pubbliku, fuq il-kwistjoni tal-kacca u l-insib.
Id-dokumentli Arnold Cassola ripetutament jirreferi għalih bħala ‘misterjuż’ m’huwa misterjuż xejn u ilu li kien imqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti sa’ mit-13 ta’ Jannar 2003, fis-Seduta Parlamentari numru 844.   Kull min għandu xi interess li jara dan id-dokument, kull m’għandu jagħmel hu li jistaqsi għalih lill-Parlament Malti.
Ta’min ifakkar li l-Gvern qiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti d-dokumenti l-oħrajn kollha li jirreferu għan-negozjati ta’ Malta ma’ l-Unjoni Ewropea.
Il-Gvern jibqa’ impenjat li josserva l-obbligitiegħu u qatt ma kienet politika ta’ dan il-Gvern, li jaħbi xi dokument mill-pubbliku.  Hija sfortuna li nies bħal Arnold Cassola  jiżolqu b’dan il-mod, li jikkonferma kemm għal xi wħud, l-importanti huwa li jakkużaw, mingħajr qabel ma jiċċekkjaw l-informazzjoni.
Stqarrijiet bhal dawn mill-kelliema ta` l-AlternattivaDemokratika jaghmlu ħsara lil Malta u lill-isforzi tal-Gvern Malti,  biex ihares it-tradizzjoni tal-kacca u l-insib f` Malta . Il-poplu Malti u l-politika Maltija jixirqilhom ferm aħjar.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow