Left arrow Mur Lura

Każijiet ta’ bird flu fost għasafar fit-Turkija

pr1458
Date Icon 10/10/2005
Waral-aħbar ta’ każijiet ta’ influenza tat-tjur (bird flu) fir-Rumanija, l-Gvern Tork ħabbar li nstabu każijiet simili fost dundjani fit-Turkija.
Il-KummissjoniEwropea ħabbret li qed twaqqaf l-importazzjoni ta’ tajr ħaj mit-Turkija b’mod immedjat, wara li kienet waqqfet ukoll l-importazzjoni ta’ prodotti tat-tiġieġ mill-istess pajjiż.
Dinid-Direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea tgħodd ukoll għal pajjiżna.
Bħalmantqal fil-jiem li għaddew, id-Diviżjoni ta’ l-Ikel u l-Attivita’ Veterinarja fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent qed issegwi mill-qrib l-iżviluppi li qed iseħħu dwar dan il-każ u żiedet is-sorveljanza.
Id-Diviżjonitappella lil kull min irid jikseb xi informazzjoni biex iċempel fuq in-numru tat-telefon 7903 3044 li hu attivat 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa.
Id-Diviżjonitappella biex ma jkunx hawn allarm bla bżonn u trid għal darb’oħra tassigura, li qed jiġu addottati l-miżuri kollha ta’ prekawzjoni li tfasslu fuq bażi xjentifika.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow