Left arrow Go Back

Laqgħa pubblika ta’ diskussjoni bi preparazzjoni għall-Budget 2006

pr1456
Date Icon 10/10/2005
Il-Ministerutal-Finanzi, nhar il-Ħadd li għadda organizza t-tieni laqgħa pubblika, minn serje ta’ erba’ laqgħat, bit-tema – Budget 2006 – Parteċipazzjoni u Diskussjoni Biex Int Tgħix Aħjar.  Din il-laqgħa, li tmexxiet mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Onor. Tonio Fenech, saret fil-Ministeru għal Għawdex, fir-Rabat Għawdex.
Il-laqgħainfetħet mill-Onor. Tonio Fenech, fejn saret preżentazzjoni dettaljata fuq in-nefqa tal-Gvern maqsuma f’diversi setturi, li huma ta’ importanza għall-pubbliku fil-ħajja ta’ kuljum. Wara nfetħet id-diskussjoni, li fiha n-nies preżenti għal din il-laqgħa setgħu jgħaddu r-reazzjonijiet tagħhom u jiddiskutu dak li xtaqu dwar il-finanzi tal-Gvern.
Metamistoqsi dwar it-turiżmu, dwar ir-rata ta’ 5% fuq l-akkomodazzjoni fit-turiżmu u dwar il-ħlas ta’ 18% VAT mir-ristoranti u stabbilimenti tal-ikel, Tonio Fenech qal li peress li l-Gvern għamel rata baxxa ta’ 5% fuq l-akkomodazzjoni, huwa jistma li l-Gvern qed jikkontribwixxi b’mod indirett bl-ekwivalenti ta’ Lm30 miljun, għaliex li kieku din ir-rata togħla għal 18%, id-dħul tal-Gvern jiżdied b’daqshekk. Għaldaqstant huwa ħeġġeġ lil kull min hu fis-settur, sabiex jinvesti ħalli jtejjeb il-kwalita’ tan-negozju tiegħu u konsegwentement tas-settur turistiku kollu. Hemm bżonn li kulħadd jifhem li jrid jagħti s-sehem tiegħu sabiex titjieb il-kwalita’ u l-kompetitivita’ tal-pajjiż.
Metamistoqsi dwar x’jistenna mill-globalizzazzjoni u l-effetti li ġġib magħha, Tonio Fenech semma’ b’mod partikolari l-effett qawwi li qed tħalli ż-żieda fil-prezz taż-żejt madwar id-dinja kollha. Huwa qal li peress li Malta tikkonsma ħafna kwantitajiet ta’ żejt għall-produzzjoni tal-enerġija elettrika, huwa mportanti li kulħadd ikun konxju ta’ din iż-żieda u l-effetti li ġġib magħha. Hemm bżonn li l-poplu jibda jifhem li jekk jibqa’ jikkonsma l-elettriku fuq dan il-livell, in-nefqa fix-xiri taż-żejt se tkompli tiżdied u allura xi ħadd irid jikkontribwixxi għal dan.
Metarrefera għal enerġija alternattiva, is-Segretarju Parlamentari qal li, għalkemm il-Gvern jibqa’ jinkoraġġixxi lill-pubbliku biex jinvesti f’sorsi alternattivi biex iġib l-elettriku f’daru, xorta dan ma jkunx biżżejjed. Huwa stmat li kieku persentaġġ qawwi tal-poplu Malti jinvesti f’enerġija alternattiva, dan jammonta għal 5% tas-suq. Il-kumplament jiġi kkunsmat mill-industrija, il-korporazzjoni tal-ilma, il-fabbriki, u l-impjanti.
Għamletintervent il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, fejn għamlet referenza għan-nefqa tal-Gvern fit-toroq għal Għawdex. Hija semmiet li l-Gvern żied dan il-vot b’nofs miljun Lira Maltin matul din is-sena, għaliex il-Ministeru għal Għawdex kellu jagħti madwar LM250,000 dwar xiri ta’ artijiet għal skopijiet pubbliċi, u li dawn riedu jitħallsu din is-sena. Il-politika tal-Gvern għal Għawdex se tkompli fuq din it-triq, u ser ikompli l-investiment f’toroq aħjar għall-Għawdxin.
GiovannaDebono ħabbret li l-Ministeru għal Għawdex ser jieħu flus mill-Fond ta’ Koeżjoni (Cohesian Funds) tal-Unjoni Ewropea, bl-iskop li jsir studju sabiex issir triq ġdida mill-port tal-Imġarr għal Għajnsielem. Din it-triq ser issir sabiex ikun hemm mezz alternattiv kif wieħed jista’ jasal fil-port u lura minbarra t-triq eżistenti.
Dawn il-laqgħatpubbliċi ser ikomplu matul din il-ġimgħa permezz ta’ żewġ laqgħat oħra.
Nhar l-Erbgħa12 ta’ Ottubru 2005 fis-7:30 pm ser issir laqgħa fir-Razzett tal-Ħbiberija, Wied il-Għajn, u nhar il-Ħamis 13 ta’ Ottubru 2005 fis-7:30 pm ser issir laqgħa fl-Oratorju tan-Naxxar. Il-pubbliku huwa mistieden sabiex jattendi u jipparteċipa f’dawn id-diskussjonijiet.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow